Archive for October, 2015

Bullettin tal-Ħadd - 1 ta’ Novembru 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-novembru-01.jpg

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Novembru 2015

Niżżel in-Newsheet minn hawn: newsheet-novembru-2015.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 25 ta’ Ottubru 2015

bullettin-2015-ottubru-25.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 18 ta’ Ottubru 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-ottubru-18.jpg

Mons. Isqof Grech jitkellem fis-Sinodu tal-Isqfijiet

IL-KNISJA STRUMENT TA’ MEDJAZZJONI PASTORALI

L-intervent li l-Isqof Mario Grech għamel nhar is-Sibt 10 ta’ Ottubru 2015, kmieni wara nofsinhar, fil-preżenza tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet, waqt l-Erbatax-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li qed tiltaqa’ fl-Awla Sinodali, fil-Vatikan.  It-tema ta’ dan is-Sinodu hi “Il-vokazzjoni u l-missjoni tal-familja fil-Knisja u fid-dinja tal-lum”.

mario-grech-sinodu-tal-isfijiet-2015.jpg

Għalkemm ħadd ma jista’ jitfi fil-bniedem il-bżonn li jidħol f’relazzjoni stabbli ta’ mħabba mal-persuna li jkun iħobb, huwa fatt li mhumiex ftit dawk li qed jegħjew iġorru l-piż ħelu taż-żwieġ u l-familja.

Fost dawn hemm dawk li jħossuhom ittraduti mix-xjenzi umani, mill-politika u l-ekonomija.  Imma hemm ukoll dawk li huma sfiduċjati fil-Knisja għaliex jidhrilhom li fostna hemm min jagħti importanza aktar lill-prinċipji milli lill-persuna fil-konkretezza tal-ħajja.  Huma jinnutaw li fil-linji gwida li toffri l-komunità ekkleżjali fil-kuntest taż-żwieġ u l-familja, hemm insistenza aktar fuq “il-morali normattiva” (biex ikunu obduti l-liġijiet, il-kmandamenti u r-regoli dixxiplinari) milli fuq “il-morali tal-virtù”, fejn il-bniedem li hu maħtuf mill-ġmiel u t-tjubija tat-tajjeb, jassumi “atteġġjamenti virtużi” u bil-mod il-mod jersaq lejn il-perfezzjoni.  Kif tistqarr il-Kummissjoni Biblika Pontifiċja, “il-valuri u l-virtujiet li jgħinu lill-bniedem jgħix ir-rieda ta’ Alla għandhom ikunu pprattikati sakemm huwa possibbli anki fiċ-ċirkustanzi fejn hemm id-dnub u n-nuqqas ta’ perfezzjoni fil-ħajja attwali, kif insibu fil-parabboli tax-xibka u ta’ dak li ħareġ jiżra’” (Bibbia e morale, radici bibliche dell’agire morale, 2008, 43). Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 11 ta’ Ottubru 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-ottubru-11.jpg

L-Isqof Grech jieħu sehem fis-Sinodu tal-Familja

Ilbieraħ, il-Ħadd 4 ta’ Ottubru, fetaħ f’Ruma s-Sinodu Ordinarju tal-Isqfijiet dwar il-Familja, li jibqa’ għaddej sal-25 ta’ Ottubru.

L-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech qed jirrappreżenta l-Konferenza Episkopali Maltija.

Bi tħejjija għal din il-ġrajja, fid-Djoċesi ta’ Għawdex, waqt il-Quddies tal-weekend li għadda, inqrat din l-Ittra tal-Isqof bi stedina lill-Poplu ta’ Alla għat-talb għas-Sinodu tal-Familja.

Verżjoni bil-Malti: 44-2015-talb-ghas-sinodu-tal-familja.pdf

Verżjoni bl-Ingliż:44-2015-prayer-for-the-synod-of-the-family.pdf

Tiftaħ is-Sena Akkademika fis-Seminarju Maġġuri

 img_4526.jpg

Omelija fil-ftuħ tas-Sena Akkademika
Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria
L-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

ALLA HUWA L-WIRT TAGĦNA

Is-seminaristi, dawk kollha li qegħdin fil-formazzjoni għas-saċerdozju u aħna s-saċerdoti  tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li s-sejħa għad-dixxipulat wara Kristu titlob tweġiba radikali.  M’hemmx lok għal dixxipli ta’ nofs kedda.  Fil-fatt, Kristu jgħid li min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura mhuwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla… u li min irid imur warajh għandu jħalli kollox, saħansitra lill-għeżież tiegħu (ara Lq 9:57-62).  Imma spiss jiġrilna li t-tweġiba li nagħtuh ma tirriflettix din ir-radikalità, għax qalbna tkun maqsuma billi tkun marbuta ma’ ħafna ħwejjeġ.  Għandna dipendenzi li jinbtu mill-ġewwieni tagħna u hemm rabtiet ikkawżati mill-ambjent ta’ madwarna.  Meta tkun tonqosna din ir-radikalità, is-saċerdozju tagħna jiftaqar immens; anzi, jaf ikun hemm ir-riskju li mhux aħna nkunu għall-ministeru saċerdotali, imma l-istess ministeru nużawh għalina biex nissodisfaw il-ħtiġijiet tagħna. Continue reading >>