Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-Kanonku Dun Franġisk M. Vella, mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, ir-Rabat, Għawdex. Dun Franġisk kellu 85 sena. Hu miet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn għal dawn l-aħħar jiem kien jinsab għall-kura.
Dun Franġisk twieled fid-29 ta’ Settembru 1929. Ġie ordnat saċerdot fid-9 ta’ Mejju 1955. Dun Franġisk studja fl-universitajiet pontifiċji tal-Gregorjana u tal-Lateran, fejn iggradwa fit-Teoloġija u fil-Liġi tal-Knisja. Hu qatta’ l-parti l-kbir tal-ministeru saċerdotali tiegħu fl-Istati Uniti, kemm f’servizz pastorali fil-parroċċi kif ukoll fil-Veteran Affairs Medical Centre (VAMC).
Il-funeral tal-Kanonku Franġisk Vella se jsir nhar it-Tnejn li ġej, 14 ta’ Settembru,fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.Fit-3.00pm, il-fdalijiet tal-Kanonku Vella jkunu esposti għall-qima fil-knisja ta’ San Ġakbu; fl-4.15pm is-saċerdoti jmexxu t-talba tal-Għasar, mnejn imbagħad jitlaq korteo għall-Bażilika ta’ San Ġorġ, fejn il-Vigarju Ġenerali, Mons. Tarcisio Camilleri jmexxi konċelebrazzjoni fil-5.00pm.
Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari ta’ Dun Ġużepp, nitolbu lil Alla, Missier il-Ħniena, biex jilqgħu fil-ferħ tal-Ġenna.
RIP
Ara wkoll: http://www.stgeorge.org.mt/news_details.asp?NewsID=2312