L-Aħwa Agostinjani ser jorganizzaw Full Day Seminars għal kulħadd, b’mod partikolari għall-familji, fl-Augustinian Retreat House Għawdex. Is-Seminars ikunu fuq temi spiritwali, bl-ewwel waħda tkun Be the Change, li ser isir nhar il-Ħadd 18 ta’ Ottubru, mil-10am sal-5pm. Għal aktar informazzjoni tistgħu tibagħtu email fuq terencespiteri@gmail.com jew tidħlu fuq il-Facebook Augustinians Malta.
Archive for September, 2015
Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawn: newsheet-ottubru-2015.pdf
Assemblea Plenarja taċ-CCEE
L-Art Imqaddsa
11-16 ta’ Settembru 2015
L-ISFIDA TAL-KNISJA FL-EWROPA
Intervent tal-Isqof Mario Grech
fl-Assemblea Plenarja tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej
li saret fl-Art Imqaddsa, 11-16 ta’ Settembru
Hu minnu li sal-lum f’pajjiżna kważi 50% tal-popolazzjoni tagħna għadha tieħu sehem fil-Quddiesa tal-Ħadd u ftit li xejn għandna ġenituri li jiċħdu l-Magħmudija jew il-Konfirmazzjoni lil uliedhom. Imma fl-istess waqt, għandna quddiemna sfidi serji. Continue reading >>
Bejn il-11 u s-16 ta’ Settembru 2015, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, irrappreżenta lill-Konferenza Episkopali Maltija fl-Assemblea Plenarja tal-Kunsill għall-Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE), li fuq stedina tal-Beatitudni Tiegħu Fouad Twal, Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm, din is-sena nżammet fl-Art Imqaddsa. B’waqfiet fil-Galilija, f’Betlehem u f’Ġerusalemm, din l-Assemblea kienet l-ewwel waħda fl-istorja riċenti tal-Kristjaneżmu li laqqgħet flimkien fl-istess ħin u post għadd hekk kbir ta’ rappreżentanzi għolja tal-Episkopat Ewropew: 45 pajjiż kienu rrappreżentati f’din il-laqgħa. It-tema ewlenija diskussa kienet: “Il-ferħ u t-tbatijiet tal-Knejjes partikulari”.
Tul iż-żjara tagħhom l-Isqfijiet Ewropej kellhom ċans iżuru komunitajiet Insara fl-Art Imqaddsa, jaraw il-ħidma tal-Knisja f’dan il-pajjiż u jiltaqgħu wkoll mal-awtoritajiet politiċi Israeljani u dawk Palestinjani. F’Velja li nżammet apposta, huma talbu għas-suċċess tas-Sinodu tal-Familja li sa jinżamm f’Ruma f’Ottubru, waqt li f’Messaġġ Finali qalu li huma żaru l-Art Imqaddsa biex “iħeġġu iktar pellegrinaġġi fl-art ta’ Ġesù ħa jġeddu l-fidi u jwieżnu l-Insara ta’ dawn il-postijiet”.