Archive for August, 2015
Skont it-tradizzjoni araldika ekkleżjastika Kattolika, l-istemma tal-Isqof hija tradizzjonalment irrappreżentata minn tarka li jista’ jkollha diversi forom u li tkun tiġbor fiha simboli li jistgħu jindikaw mhux biss identifikazzjoni personali jew ta’ ġurisdizzjoni ekkleżjali, imma wkoll illustrazzjoni ta’ viżjoni pastorali.
L-istemma ta’ Mons. George Bugeja OFM, magħmula mis-Sur Vince Caruana, hi komposta minn tliet elementi: is-simboli tal-istat tiegħu, l-arma propja, u l-motto li għażel għalih. Continue reading >>
Fil-Velja tal-Assunta l-Isqof ta’ Għawdex jitkellem fuq il-“fantasija” ta’ Alla
Imnedija l-istemma u l-motto tal-Isqof George Bugeja OFM
“Alla tagħna għandu fantasija tal-għaġeb li kapaċi tfixkilna għax Hu joħroġ barra mill-iskemi li drajna narawh jaħdem fihom”. Dan qalu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fil-Quddiesa tal-Velja tal-Għid tal-Assunta li ġiet iċċelebrata nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu 2015 filgħaxija fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu, fil-preżenza ta’ ġemgħa kbira ta’ pellegrini minn Malta u Għawdex. Continue reading >>
Mons. Isqof Mario Grech ippubblika Ittra Pastorali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija bit-tema “Duwa tal-Ħniena għall-Familja. Il-Pastorali titkellem mill-ħidma pastorali tal-Knisja favur il-familja,bi tħejjija għas-Sinodu tal-Familja li se jinżamm fil-Vatikan f’Ottubru li ġej.
Verżjoni mqassra ta’ din l-Ittra se tinqara fil-knejjes kollha ta’ Għawdex fil-quddies tas-Sibt filgħaxija, 15 ta’ Awwissu u tal-Ħadd 16 ta’ Awwissu 2015.
Niżżel kopja tal-Ittra Pastorali minn hawn: 42-2015-pastorali-santa-marija-2015-booklet.pdf
Download English version of Pastoral Letter: 42-2015-pastoral-letter-assumption-2015-balm-of-mercy-for-the-family.pdf
Lejlet Santa Marija, f’Għawdex sa tinżamm bħas-soltu l-Velja tal-Għid tal-Assunta, fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu. Il-Velja, nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu 2015, tibda fit-8.00pm u tintemm għall-ħabta tal-10.15pm. Continue reading >>