Archive for August, 2015

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa tax-Xewkija

mons-daniel-xerri.jpgIllum il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2015, fi tmiem il-Quddiesa tal-11.00am fir-Rotunda Arċipretali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ħabbar lill-komunità parrokkjali ta’ dan ir-raħal li għandha Arċipriet ġdid fil-persuna ta’ Monsinjur Daniel Xerri, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra. Sakemm jieħu l-pussess kanoniku, hu ħatru b’effett immedjat Amministratur Parrokkjali.

Fl-istess okkażjoni, l-Isqof Grech radd ħajr lill-Arċipriet attwali Monsinjur Carmelo Mercieca, li ilu fit-tmun tal-Parroċċa tax-Xewkija għal dawn l-aħħar tlieta u erbgħin (43) sena. Hu issa qed jaħtru Direttur Djoċesan tal-Missjonijiet u Monsinjur Teologu tal-Kapitlu Katidrali ta’ Għawdex. Continue reading >>

Ordinazzjoni Episkopali ta’ Patri George Bugeja OFM

ordinazzjoni-episkopali-patri-george-bugeja.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 30 ta’ Awwissu 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-awwissu-30.jpg

L-Isqof Grech jikteb lit-Tfal dwar l-imħabba lejn il-ħolqien

MARIO GRECH
ISQOF TA’ GĦAWDEX

Ittra lit-Tfal
fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien
(1 ta’ Settembru 2015)

img_8271.jpg
Għeżież tfal,

Il-vaganzi tas-sajf waslu biex jintemmu u dalwaqt terġgħu tiltaqgħu ma’ sħabkom u mal-għalliema fl-iskejjel tagħna.

Mela dan l-aħħar kont qiegħed inżur familja u l-kliem waqa’ fuq l-iskola. F’din il-familja hemm żewġ ulied: tifel u tifla. Jiena se nsemmihom Matthew u Francesca biex ma nikxifx min huma tassew. Matthew kien qed jgħid lill-mamà u l-papà tiegħu li din is-sena jrid basket tal-iskola li jkun l-isbaħ wieħed tal-klassi. Qabżet Francesca u qalet lill-mamà li hi ma riditx basket ġdid għall-iskola. Ommha stagħġbet! Ta’ kull sena, bħal dan iż-żmien, Francesca kienet titlobha basket ġdid tal-iktar karattru famuż ta’ Disney fil-mument. Francesca weġbitha hekk lil ommha: “Matul dan is-sajf kont qiegħda l-Museum. Il-katekista qaltilna li l-Papa Franġisku għadu kemm bagħat ittra lin-nies tad-dinja kollha li fiha kellimna fuq il-ħtieġa li nibżgħu għall-ambjent. Il-katekista għallmitna li skont il-Papa d-dinja hija d-dar ta’ kull min jgħix fiha. Imma aħna l-bnedmin l-iktar li nagħmlulha ħsara u hemm bżonn li ma nibqgħux sejrin hekk”. Matthew ddeffes u qal: “Mela jien il-Gvern biex noqgħod responsabbli tal-ambjent?”. Francesca weġbitu bil-kalma kollha: “Matthew, kieku kulħadd jagħti s-sehem żgħir tiegħu, kieku l-ambjent ikun ħafna aħjar! Fost l-oħrajn il-katekista qaltilna li għandna nużaw l-affarijiet sakemm ikunu għadhom tajbin biex ma narmux oġġetti li għadna nistgħu nużaw”. Francesca kompliet tirrakkonta kif hi kienet diġà tefgħet għajnejha fuq basket ġdid tal-iskola. Imma meta filgħaxija, wara l-Museum, kienet qed titlob, ħasset lil Ġesù jgħidilha f’qalbha li l-basket li għandha għadu tajjeb u m’għandhiex għalfejn tixtri ieħor. Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Settembru 2015

Aqra in-Newsheet minn hawn:

newsheet-settembru-2015.pdf

Iċċelebrata l-Festa fil-Kappella ta’ Kemmuna

Nirritornaw lejn Kristu
L-Isqof Grech fil-Festa ta’ Kemmuna

img_5942.JPG

Nhar is-Sibt li għadda (22 ta’ Awwissu), l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech mexxa l-Quddiesa tal-Festa ta’ Santa Marija fil-Kappella ddedikata lir-Ritorn tal-Familja Mqaddsa mill-Eġittu. Continue reading >>

Ordinazzjoni Episkopali ta’ Patri George Bugeja O.F.M.

Mons. Isqof Mario Grech ħareġ Ittra Ċirkulari fl-okkażjoni tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Patri George Bugeja O.F.M.

george-bugeja-ofm.jpgAqra l-Ittra Ċirkulari minn hawn: 43-2015-ordinazzjoni-episkopali-patri-george-bugeja-ofm.pdf

Read the English version of the Bishop’s Letter regarding the episcopal ordination of Friar George Bugeja O.F.M.:  43-2015-ordinazzjoni-episkopali-patri-george-bugeja-ofm-english-version.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 23 ta’ Awwissu 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-awwissu-23.jpg