- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

GRIŻMA TAL-ISQOF LIL ŻEWĠ ADULTI

Posted By admin On April 13, 2015 @ 11:44 am In Press Releases | Comments Disabled

Ilbieraħ filgħodu, il-Ħadd 12 ta’ April 2015, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ta s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil żewġ adulti, William u Ingviled.  William irċieva l-Magħmudija fl-istess Bażilika fil-Velja Solenni tal-Għid, filwaqt li Ingviled daħlet tagħmel parti mill-Knisja Kattolika.

[1] dsc_0384.jpg

Fi kliem l-Isqof Mario waqt l-omelija, ħadd minna ma għandu xi dritt jirċievi d-don tas-sliem minn Alla, imma kollox ingħatalna b’xejn u gratwitament.  Anki d-don tal-Ispirtu s-Santu!  Huwa Alla li joffri li jidħol f’ħajjitna biex idewwaqna t-tjubija u l-miżerikordja tiegħu.  Jekk nilqgħu l-Ispirtu tiegħu, huwa jgħinna biex ma nagħmlux bħad-dixxipli li wara l-mewt ta’ Ġesù marru ngħalqu fihom infushom u fiċ-Ċenaklu, imma nsibu l-qawwa biex niftħu beraħ il-bieb u noħorġu nxandru l-Bxara t-tajba lil ħutna.  Interessanti li Alla ma jaħdimx l-istess f’kulħadd – għandu sabar kbir magħna u jħaddem ir-regola tal-gradwalità.  Hekk għamel ma’ Tumas!  Fil-fatt għall-ewwel Tumas ma emminx.  Ġesù tah ċans ieħor u reġa’ deher fosthom il-ġimgħa ta’ wara.  Din id-darba Tumas emmen!


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2015/04/13/grizma-tal-isqof-lil-zewg-adulti/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/04/dsc_0384.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.