Published on April 27, 2015
in Homilies.
L-ARMATURA TAD-DIXXIPLI TA’ ĠESÙ
Sintesi tal-Omelija fil-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ
Bażilika San Ġorġ, il-Belt Victoria
Il-Ħamis 23 ta’ April 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
Kien nhar il-festa ta’ San Ġorġ filgħaxija ta’ mitt sena ilu li fil-belt ta’ Kostantinopli beda dak li llum huwa magħruf bħala l-ġenoċidju tal-Insara Armeni! Dakinhar sar patt biex is-soċjetà Torka titnaddaf mill-Insara bl-għan li jitwaqqaf Stat Tork li ma jkollux fih nies “barranin”. Fi żmien xahar, għadd ta’ Nsara intellettwali, kittieba, poeti u ġurnalisti ġew iddeportati u maqtula fl-Anatolja.
Għaddew tant snin u d-dinja għadha ma tafx tistħi minnha nfisha, tant li llum qed nassistu għal forom oħra ta’ olokawst ta’ eluf ta’ bnedmin. Kuljum nisimgħu b’ġenoċidju ieħor kontra l-Insara li qed iseħħ fl-Iraq – huma ċari quddiem għajnejna xeni tal-persekuzzjoni tal-Insara f’Ninwe u Mosul u l-qtil tal-Insara Etjopiċi fil-Libja. Atti ta’ qilla u vjolenza kontra l-Insara rajnihom iseħħu fil-Kenja. Continue reading >>
Aqra l-Bullettin minn hawn:
Published on April 24, 2015
in Messages.
24 ta’ April 2014
Komunikat lill-Parroċċa ta’ Sannat
Ngħarraf lill-komunità parrokkjali Ta’ Sannat li llum, il-Ġimgħa 24 ta’ April 2015 ħtart lill-Arċipriet il-Kan. Tarcisio Camilleri bħala Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
Peress li minħabba din il-kariga, vakat il-parroċċa Ta’ Sannat, qed ħatar lill-Vigarju Parrokkjali ir-Rev.du Dun Michael Curmi bħala Arċipriet ġdid tal-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat.
Filwaqt li nirringrazzja lill-Kan. Tarcisio Camilleri li għal dawn l-aħħar 26 sena u nofs qeda b’fedeltà, imħabba u dedikazzjoni l-parroċċa tagħkom, nixtieqkom tilqgħu fostkom bħala Arċipriet ġdid tagħkom lil Dun Michael Curmi.
Sakemm ir-Rev. Michael Curmi jieħu l-pussess kanoniku tal-parroċċa, jiena b’effett mil-lum naħtar lill-Kanonku Dun Tarcisio Camilleri Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa tagħkom.
Nitlob fuqkom ilkoll, bl-interċessjoni ta’ Santa Margerita Verġni u Martri, il-barka tas-Sema.
+ Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
Komunikat lill-Midja
Illum, il-Ġimgħa 24 ta’ April 2015, Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex ħatar lill-Arċipriet ta’ Sannat, il-Kanonku Tarcisio Camilleri, bħala Vigarju Ġenerali tiegħu.
Peress li minħabba din il-kariga, vakat il-parroċċa Ta’ Sannat, Mons. Isqof Mario Grech ħatar lil dun Michael Curmi bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat. Il-Kanonku Tarcisio Camilleri se jibqa’ jamministra l-parroċċa Ta’ Sannat sal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid.
L-Isqof Mario Grech jesprimi r-radd il-ħajr tiegħu u tad-Djoċesi lil Mons. Giovanni B. Gauci għas-servizz li hu ta f’dawn l-aħħar sbatax-il sena bħala Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Continue reading >>
Published on April 24, 2015
in Messages.
MESSAĠĠ MILL-ISQOF MARIO GRECH
Il-Ħamis 23 ta’ April 2015
Għandna quddiemna erbgħa u għoxrin katavru ta’ bnedmin mhux identifikati imma nafu li ħafna oħrajn, mijiet, qed jistrieħu fiċ-ċimiterju kbir li sar il-Mare Nostrum illum il-ġurnata. Ma nafux ismijiethom, ħajjithom, – nafu biss li kienu qed jaħarbu minn sitwazzjoni ta’ disperazzjoni biex ifittxu l-ħelsien u ħajja aħjar.
Insejħulhom Mhux Identifikati. Imma nibkuhom, nibku t-telfa tagħhom, nixtiequ nagħtuhom l-aħħar turija ta’ rispett. Għaliex? Għax fil-fond ta’ qalbna, irrispettivament mit-twemmin, il-kultura, in-nazzjonalità, ir-razza tagħna, aħna nafu li huma bnedmin ħutna. Continue reading >>
Published on April 24, 2015
in Messages.
MESSAGE BY HL. Msgr MARIO GRECH,
BISHOP OF GOZO
Thursday 23rd April 2015
We are in the presence of twenty-four unidentified dead human bodies but we know that many more, hundreds, lay in the great graveyard that the Mare Nostrum has become. We know not their names, their lives, – we just know that they were escaping from a desperate situation trying to find freedom and a better life.
We call them the Unidentified. Yet we mourn them, we weep their loss, we want to give them our last respects. Why? Because deep inside, irrespective of our creed, culture, nationality, race, we know that they are our fellow human beings.
« Who is my neighbour? » - In the Gospel we heard the lawyer asking Jesus to provide him an interpretation of the commandment of love. He – the lawyer – knew the law. Yet he feels uneasy with Christ’s answer because what he got was not his expected academic discourse but a down-to-earth, concrete answer. Continue reading >>
Published on April 21, 2015
in Messages.
Message by H.L. Bishop Mario Grech
20 April 2015
MALTESE EMIGRANTS: AMBASSADORS OF RARE HUMANITY
Dear brothers and sisters,
The occasion that bring us here together in this Eucharistic sacrifice reminds me of the words of Psalm 133: “Behold, how good and how pleasant it is for brothers to dwell together in unity!” (Ps 133,1). As we reflect upon the new perspectives and challenges of the Maltese communities around the globe, faith enlightens us about the roots of our identity as human beings: before belonging to a particular community or nation, we are all children of the One and True God. We all belong to the same human family. And in this sense, while geographically we may be distant from our native country, spiritually we are always at home as long as God dwells in our hearts.
Continue reading >>
Published on April 20, 2015
in Messages.
Stqarrija tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech
Waqt il-Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla li sar illeja fil-Parroċċa tal-Għasri
Bir-raġun l-aħbar tal-qerda ta’ tant mijiet ta’ immigranti fil-baħar ta’ madwarna tħarbtilna s-serenità interjuri tagħna. It-traġedja umana tal-lum tnissel fina dispjaċir u rabja fl-istess ħin. Filwaqt li nuru solidarjetà ma’ dawk il-familji li llum jinsabu f’luttu għat-telfa ta’ dawk li fil-vjaġġ tagħhom mimli tamiet għall-ħajja futura sabu ruħhom midfuna fil-baħar, niddeploraw kull xorta ta’ negozju li qed isir f’din is-saga ta’ traffikar ta’ persuni; fl-istess ħin nesprimu d-delużjoni tagħna għall-indifferenza grassa li qed turi l-komunità politika Ewropea u internazzjonali.
Dak li qed jiġri fil-Mediterran huwa massakru tal-massa u jagħmel għajb liċ-ċiviltà umana. Id-dnubiet tal-ommissjoni huma gravi daqs id-dnubiet ta’ min qed jorganizza dawn it-traġitti tal-mewt. F’isem il-komunità Nisranija f’Għawdex nagħmel appell imqanqal mhux tant lill-Ewropa, li issa tat prova ta’ kemm hija għajjiena u defiċjenti, imma lill-komunità internazzjonali, preċiżament lill-Ġnus Magħquda, għaliex issa din id-dramma umana ħadet żvolta qawwija għall-agħar.
Irrid nesprimi l-apprezzament tiegħi lejn l-Awtoritajiet Ċivili tagħna għall-impenn tagħhom f’dan il-qasam u nsellem lill-ħaddiema impenjati f’ħidma ta’ salvataġġ, anki jekk xi drabi dan jinvolvi riskji kbar.