Archive for February, 2015

L-Arċidjoċesi ta’ Malta għandha Arċisqof ġdid

23-arcisqof-gdid-ghal-malta.pdfmons-charles-j-scicluna.jpg

23-new-archbishop-of-malta.pdf

24-cv-mons-charles-j-scicluna.pdf

24-cv-mgr-charles-j-scicluna.pdf

25-messagg-tal-arcisqof-elett-mlt.pdf

25-message-of-archbishop-elect.pdf

Awguri lil Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta

mons-charles-j-scicluna.jpgHekk kif ftit tal-ħin ilu, f’Konferenza Stampa fil-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta, tħabbret il-ħatra mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku tal-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku għal Malta, bħala l-Arċisqof Metropolita l-ġdid tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u President tal-Konferenza Episkopali Maltija, f’isem il-Poplu ta’ Alla fil-Knisja ta’ Għawdex jibgħat dan il-messaġġ ta’ awgurju:

F’isem id-Djoċesi ta’ Għawdex, l-Isqof Mario Grech jifraħ lill-Arċisqof ġdid ta’ Malta, Mons. Charles Jude Scicluna.  Hu jistieden lill-Poplu ta’ Alla f’din il-Knisja partikulari f’Għawdex biex jitlob għalih.

Fil-Konferenza Stampa tal-lum, li fiha n-Nunzju Appostoliku għal Malta ppreżenta l-Arċisqof Elett lill-pubbliku, Mons. Scicluna qal li jrid jaħdem id f’id mal-Isqof ta’ Għawdex għall-ġid tal-poplu Nisrani fil-gżejjer tagħna.

Bullettin tal-Ħadd - 1 ta’ Marzu 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-marzu-01.jpg

Solidali mal-Isqof Silvestru Magro

Messaġġ mill-Isqof Mario Grech
isqof-magro-u-isqof-grech.jpgIlbieraħ, it-Tlieta 24 ta’ Frar 2015, għamilt żjara lill-Isqof Silvestru Magro ofm biex infissirlu dak li ħafna minna jixtiequ jgħidulu: li nammirawh għad-dedikazzjoni tiegħu lejn il-merħla li Ġesù afdalu fil-kura pastorali tiegħu. Meta qegħdin insegwu dak li qed iseħħ fil-pajjiz ġar tagħna l-Libja, nappella biex inwieżnu bit-talb u bl-imħabba lill-poplu ta’ dan il-pajjiz, partikularment lill-isqfijiet, lir-reliġjużi,lill-Insara u lill-vittmi tal-ġlied.

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Marzu 2015

Niżżel kopja tan-Newsheet ta’ Marzu minn hawn: newsheet-marzu-2015.pdf

EUROPEAN CONFERENCE ON THE FAMILY

CULTURAL PERSPECTIVES AND EMERGING PASTORAL CHALLENGES OF MARRIAGE AND FAMILY IN EUROPEAN COUNTRIES

 

WELCOME ADDRESS

BISHOP MARIO GRECH
President, Maltese Episcopal Conference

 

20th February 2015

It is my pleasure to convey this short message to welcome all scholars and invited guests participating in today’s conference. Our gathering aims to contribute in the ongoing reflections taking place in this period between the two Synods concerning the cultural and emerging pastoral challenges of marriage and the family in Europe. A special greeting tosix speakers who will help us reflect through their valid contributions.

In the presence of theologians, as a bishop I would like to express my gratitude and appreciation for your precious work. It is your vocation, in communion with the Magisterium, to acquire “an ever deeper understanding of the Word of God found in the inspired Scriptures and handed over by the living Tradition of the Church”.  This Conference is a step in the right direction to service our brethen with the light of that Truth that sets us free and enlightens the Church to preach the Gospel of Joy and compassion. Your theological investigation is pivotal in order to address the challenges facing marital life and the family, because what the Church needs in the next “synodus”/ “coming together” is to provide new answers that are rooted in the Word of God, faithful to the Tradition of the Church, and creative. It is of little use to come together just to repeat what is already known. Deep theological reflection is necessary in the Church because as Vatican Council II states this enhances “the growth in the understanding of the realities and the words which have been handed down” (Dei Verbum, 8). Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 22 ta’ Frar 2015

Aqra l-bullettin minn hawn:

bullettin-2015-frar-22.jpg

€5,200 mill-festi Għawdxin għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

L-Isqof jippreżenta s-somma nhar il-Ħadd li għadda

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda, nhar il-Ħadd 15 ta’ Frar 2015, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech mexxa Quddiesa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.  F’din l-okkażjoni, hu ppreżenta f’isem id-Djoċesi ta’ Għawdex is-somma ta’ €5,200 lil Dr Nadine Delicata, CEO tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, biex tintefaq f’għadd ta’ hospital supplies, li jinkludu tnax-il wheelcahir, paediatric wheelchair, chair weighing scales, u tliet air mattresses.

dsc_0884.jpg

Is-somma sabiħa nġabret fix-xhur tas-Sajf mill-ħmistax-il komunità parrokkjali flimkien mal-komunità reliġjuża tal-Franġiskani Konventwali f’Għawdex.  Il-parroċċi Għawdxin riedu li tkun ġest ta’ karità bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-festi titulari tagħhom.

dsc_0879.jpg

Dr Delicata wriet is-sodisfazzjon għal din l-għotja ġeneruża u sinifikanti, u qalet li bosta mill-wheelchairs diġà jinsabu mqassma fid-djar għas-servizz ta’ min jeħtieġhom.Dan hu l-messaġġ li għamel l-Isqof Grech f’din l-okkażjoni: Continue reading >>