Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:
Archive for August, 2014
Niżżel kopja minn hawn:newsheet-settembru-2014.pdf
Omelija fil-Manifestazzjoni Marjana
Wied ta’ Marsalforn, Għawdex
It-Tlieta 26 ta’ Awwissu 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
KNISJA ŻAGĦŻUGĦA
Inħossni komdu napplika għall-Knisja lokali dak li San Pawl jgħid dwar l-Insara ta’ Tessalonika: aħna għandna niżżu ħajr dejjem ’l Alla minħabba fikom, ħuti maħbubin mill-Mulej, għaliex Alla għażilkom biex tkunu l-frott tal-fidwa bil-qdusija tal-Ispirtu s-Santu u l-fidi fil-verità (ara 2 Tess 2:13). Dan il-kliem mhux qed ngħidu biex nidlikkom, imma għax verament nemmen li fil-Knisja tagħna hemm ħafna elementi tajbin li jagħtuni konsolazzjoni kbira. Fil-fatt, ix-xandir tal-Bxara t-Tajba fis-soċjetà tagħna jiddependi minnkom il-lajċi wkoll. Għalkemm għandna sejħat u kariżmi differenti (saċerdoti, reliġjużi, lajċi), aħna lkoll nistgħu ngħinu lill-bniedem tal-lum jiltaqa’ ma’ Ġesù Kristu – dan nagħmluh mhux tant bil-kliem, daqskemm bix-xhieda li nagħtu. Bħal ħmira li tintagħġen mad-dqiq u ttella’ l-għaġna, hekk taf tkun effettiva l-preżenza tagħna l-Insara fid-dinja. Continue reading >>
Sintesi tal-Omelija fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija
Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, Għawdex
Il-Ġimgħa 15 ta’ Awwissu 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
INKOMPLU NAĦDMU BIEX TIKBER IL-LIBERTÀ
Fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna hemm ġrajja importanti marbuta mal-festa ta’ Santa Marija. Qed nirriferi għall-Konvoj ta’ Santa Marija li bis-saħħa tiegħu aħna mhux biss ħlisna mill-ħakma tan-Nażiżmu, imma pajjiżna beda triq twila minsuġa b’kisbiet kbar f’dawk li huma libertajiet politiċi, ekonomiċi u soċjali. Continue reading >>
Komunikat
Kull każ ta’ abbuż sesswali fuq il-minuri huwa ġerħa profonda fil-Knisja u fis-soċjetà. Bħala Ragħaj, jien qrib l-allegati vittmi u l-familjari tagħhom. Nagħraf li għandi doveri kemm lejn is-saċerdoti kollha, anki dawk li jiżbaljaw, u kemm lejn il-poplu ta’ Alla, partikularment lejn il-minuri. Kif f’dan il-każ segwejt il-protokolli indikati mil-liġijiet kanoniċi u ċivili, niżgura li hekk nagħmel jekk u meta jinqalgħu każijiet oħra simili.
Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
20 ta’ Awwissu 2014
Fuq iz-zuntier ta’ quddiem is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, fil-preżenza ta’ għadd ta’ pellegrini miż-żewġ djoċesijiet, ilbieraħ (il-Ħamis 14 ta’ Awwissu 2014) inżammet għal sena oħra l-Velja Djoċesana tal-Għid tal-Assunta bi tħejjija għas-solennità tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija.
Is-sahra ta’ talb u kant, li bdiet fit-8.00pm, din is-sena kellha t-tema ta’ solidarjetà mal-aħwa Nsara ppersegwitati fl-Iraq u fl-Art Imqaddsa. Dan deher ukoll fit-talb u l-kant mil-Liturġija Orjentali li ntuża fl-ewwel parti tal-Velja, immexxija minn Dun Samuel Grech, saċerdot żagħżugħ Għawdxi li qed jistudja l-Marjoloġija f’Ruma. Continue reading >>