Archive for July, 2014

Iż-Żjara tar-Relikwa tad-Demm ta’ San Lawrenz

Omelija fiż-Żjara tar-Relikwa tad-Demm ta’ San Lawrenz minn Amaseno
Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, Għawdex
Il-Ħadd 27 ta’ Lulju 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

BŻONN TA’ DEMM ĠDID

reliwka-san-lawrenz-2014.jpg
Meta d-demm jitlef is-sustanza tiegħu u jimrad, il-bniedem isir bla saħħa, jintelaq u jieħu bixra ta’ mewt; meta mbagħad ikun hemm trasfużjoni ta’ demm ġdid, il-bniedem jieħu s-saħħa, jikseb enerġija ġdida u jitwieled mill-ġdid.  F’din l-okkażjoni taż-żjara tar-Relikwa tad-Demm ta’ San Lawrenz Martri, filwaqt li napplika dan kollu għall-ħajja tal-Knisja lokali, nitlob lil San Lawrenz jagħtina anki qatra demm minn tiegħu biex iġedded demmna bħala komunità Nisranija.

Għaliex fil-Knisja lokali nara ċerta telqa, għeja u nuqqas ta’ ħajja – ibda minni u ibqa’ nieżel sa isfel!  Donnu fostna xi kultant titla’ riħa ta’ għeluq u ta’ mewt.  Fil-fatt nistaqsi: X’differenza tagħmel il-fidi fil-ħajja personali u familjari tagħna?  X’impatt qed tħalli l-Knisja fis-soċjetà ta’ żmienna?  Xi drabi nagħtu d-dehra li ntlaqna mal-kurrent kulturali ta’ żminijietna, u flok ma ngħinu biex nindikaw direzzjoni, insibu ruħna ninġarru mal-mewġ tal-ħajja!  Hemm ir-riskju li jekk nibqgħu ma nagħtux kas, id-demm tagħna bħala Nsara mhux biss jibred, imma jkompli jitħassar. Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Awwissu 2014

Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawn: newsheet-awwissu-2014.pdf

Persecution of Christians in Iraq

Persecution of Christians in Iraq. Press Statement by Iustitia et Pax. Download pdf from here: press-statement-jp-europe-on-iraq-and-christians.pdf

IL-PERSEKUZZJONI KONTRA L-INSARA

persecution-of-christians.gifFil-Marċ tal-Ħdax
Ftakar Ftit Fihom!
Joseph W. Psaila
jwpsaila@melita.com

Niżżel kopja pdf: editorjal-hajja-fghawdex-gunju-lulju-2014.pdf

Kull nhar ta’ Ħadd waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, aħna nistqarru fil-Kredu: “Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, Kattolika, appostolika.” Dawn huma l-erba’ karatteristiċi tal-Knisja ta’ Kristu. Niftakar lill-Isqof Cauchi fid-diskorsi tiegħu kien immankabilment iżid karatteristika oħra : “ippersegwitata”. U bir-raġun, għaliex minn dakinhar ta’ Għid il-Ħamsin, il-Knisja sabet ruħha, b’mod jew ieħor, ippersegwitata. Il-martirju taż-żagħżugħ Stiefnu, għalkemm mhux bit-tħaġġir, għadu sejjer sal-lum.

Aħna nafu li l-ewlenin Insara kienu ppersegwitati kemm mil-Lhud u kemm mir-Rumani. Infatti l-Appostli kollha minbarra Ġwanni mietu martri, taħt ix-xabla jew lanza, bil-qtugħ ir-ras jew kruċifissjoni. Tacitus, storiku tal-ideoloġija imperjali Rumana, kiteb li Neruni waddab il-ħtija tal-ħruq ta’ Ruma “fuq setta mistmerra li jsejħu lilhom infushom ‘Kristjani’ ” u hekk qabbad persekuzzjoni kbira kontra tagħhom. Ma kinitx inqas il-persekuzzjoni fit-tielet seklu taħt Dioklezjanu, meta jingħad li nqatlu xi għoxrin elf nisrani. L-ewlenin Insara (bħalma qed jiġri llum f’ċerti ambjenti fl-Ewropa) kienu jiġu wkoll mwaqqa’ għaċ-ċajt. Fil-fatt, l-ewwel xbieha ta’ Kristu li għandna hija graffiti fuq ħajt ta’ dar fil-Palatino ġewwa Ruma. Il-graffiti turi raġel fl-att ta’ adorazzjoni quddiem xbieha ta’ persuna b’ras ta’ ħmar imdendla ma’ salib u taħtha kitba bil-Grieg: “Alessameno jadura ’l Alla tiegħu.” Il-poeta Giovanni Pascoli għandu esej bil-Latin dwar din ix-xbieha. Continue reading >>

Gozo Diocese Ecclesiastical Tribunal

To whom it may concern:

nullitatis-matrimonii-bauman-ployer.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 27 ta’ Lulju 2014

Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-lulju-27.jpg

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Ġorġ Martri

Omelija fil-Festa ta’ San Ġorġ Martri
Bażilika San Ġorġ, il-Belt Victoria, Għawdex
Il-Ħadd 20 ta’ Lulju 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

IL-QAWWA TAD-DGĦUFIJA

festa-san-gorg-2014.jpg

Il-ħajja hija sabiħa.  Hawn ħafna tajjeb u pożittiv madwarna.  Imma ma nkunx saqajja mal-art jekk ma nirrikonoxxix li huma bosta fostna dawk li f’xi waqt jew ieħor iħossu t-toqol tal-ħajja jagħfas fuq spallejhom u jaħbtu jaqgħu fil-pessimiżmu u l-qtigħ il-qalb.  Inġib xi eżempji…

It-toqol tal-ħajja
Min minna ma jridx jissielet biex ikompli jagħmel it-tajjeb?  Kemm-il darba jiġrilna li negħjew nimbuttaw il-karrettun tal-ħajja?  Illum għal min huwa faċli li jipprova jiddefendi s-sewwa u l-ġust, partikularment fil-ħajja pubblika?

Kulma jmur, l-omertà, li hija forma ta’ biża’, qiegħda dejjem tinfirex – mhux biss qed nibqgħu lura f’ċerti inizjattivi biex inħarsu l-ġid komuni, imma hemm min lanqas jixtieq jikkopera mal-ġustizzja biex ikun hemm il-bon ordni.

Il-ħajja privata tagħna sar fiha wisq tiċrit u tbenġil.  Ma jonqsux l-insodisfazzjon fil-ħajja personali, id-disfatti fix-xogħol u t-taħbil fil-familja.

Hemm imbagħad il-miskinità tal-imġiba etika u morali tagħna u l-faqar spiritwali tagħna.  Meta d-dgħufija spiritwali tagħna jkollha l-esternazzjoni tagħha, meta ma nilħqux ċerti livelli fil-ħajja morali u reliġjuża tagħna, ġieli jiġri li flok ma nsibu lil min jirfidna, nirċievu xi stangata oħra. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 20 ta’ Lulju 2014

Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-lulju-20.jpg