- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Dun Daniel Sultana - Saċerdot ġdid!

Posted By admin On May 31, 2014 @ 11:24 am In Press Releases | Comments Disabled

sultana-daniel3.jpgIlbieraħ filgħaxija, 30 ta’ Mejju 2014, Mons. Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni solenni fil-Katidral ta’ Għawdex, li matulha ordna lid-Djaknu Daniel bħala saċerdot. Nawgurawlu Ad Multos Annos.

DANIEL SULTANA, mill-parroċċa tax-Xagħra, twieled f’Sydney, l-Awstralja, fil-5 ta’ Ottubru 1988. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola Patri Mattew Sultana fix-Xagħra, Għawdex, u l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Kompla l-istudji fiċ-Ċentru għal studji avanzati Sir  Michelang Refalo, ir-Rabat Għawdex. F’Settembru 2007 huwa beda l-formazzjoni tiegħu għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Bejn l-2010 u l-2011 huwa għamel is-sena ntermedjarja tiegħu fil-parroċċa ta’ St. Martin de Porres fl-arċidjoċesi ta’ Ottowa, fil-Canada. Fis-26 ta’ Frar 2012 huwa rċieva l-ministeru tal-Lettorat u fid-9 ta’ Diċembru tal-istess sena rċieva l-ministeru tal-Akkolitat. Kien ordnat djaknu mill-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech fit-22 ta’ Ġunju 2013 u ordnat saċerdot fit-30 ta’ Mejju 2014.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2014/05/31/dun-daniel-sultana-sacerdot-gdid/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.