- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Tfajla min-Nadur tagħmel il-professjoni sempliċi mas-Sorijiet ta’ Mother Theresa

Posted By admin On May 29, 2014 @ 11:24 am In Press Releases | Comments Disabled

[1] sr-lux-marie-grech.jpg

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2014, Sister Lux Marie Grech (Elizabeth Grech) tfajla ta’ 26 sena mill-Parroċċa tan-Nadur għamlet il-professjoni sempliċi fi ħdan il-Missjunarji tal-Karità magħrufin aħjar bħala s-sorijiet ta’ Mother Theresa. Wara mixja ta’ snin ta’ formazzjoni ġewwa Ruma hi waslet li tagħmel dan il-pass bil-ferħ kollu. Minn barra jidher pass ta’ ċaħda, imma kif seta’ jixhed min kien preżenti, il-qalb kienet tfur bil-ferħ. Issa Sister Lux Marie terġa’ ġġedded il-voti temporanji għal diversi snin sakemm, jekk Alla jrid, tasal biex tagħmel il-voti perpetwi.

Il-funzjoni saret f’Ruma, fil-Knisja ta’ Sant Alfons fejn tinsab l-ikona tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu. Għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm preżenti numru sabiħ ta’ Għawdxin u Maltin, fosthom familjari u ħbieb. Iċ-ċelebrazzjoni kienet immexxija mill-Arċisqof Konrad Krajewski (elimożinier tal-Papa) responsabbli mill-attività karitattiva tal-Papa. Wara l-omelija, is-Superjura laqgħet il-professjoni ta’ Sister Lux Marie u sħabha.

Wara ċ-ċelebrazzjoni saret festa sempliċi ħafna imma ħelwa fid-dar ta’ formazzjoni fuq il-Via Casilina. Hekk kif waslu, is-sisters daħlu ħdejn  Ġesù sagramentat u ftit wara ħarġu fost ċapċip u ferħ isellmu lill-familjari u ħbieb preżenti. Kien mument vera kommoventi. Ftit tal-ħin wara, Sister Lux Marie ingħatat l-aħbar li fix-xhur li ġejjin se tkun mibgħuta taħdem bħala missjunarja fl-Etjopja.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2014/05/29/tfajla-min-nadur-taghmel-il-professjoni-semplici-mas-sorijiet-ta-mother-theresa/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2014/05/sr-lux-marie-grech.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.