- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Ċelebrazzjoni ta’ Talb għall-Kandidati għall-Griżma tal-Isqof

Posted By admin On May 2, 2014 @ 9:07 am In Press Releases | Comments Disabled

Kreżimandi, ġenituri u parrini joħonqu r-Rotunda tax-Xewkija għal Ċelebrazzjoni Djoċesana

[1] celebrazzjoni-ghall-krezimandi-2014-1.JPG

L-adolexxenti kollha li fil-ġimgħat li ġejjin sa jkunu qed jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-ħmistax-il parroċċa tad-Djoċesi ta’ Għawdex, nhar l-Erbgħa filgħaxija, 30 ta’ April 2014,  iltaqgħu fir-Rotunda tax-Xewkija għal ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Isqof Mons. Mario Grech.  Huma kienu akkumpanjati mill-ġenituri u l-parrini tagħhom.

F’riflessjoni ċkejkna li għamel waqt it-Talba tal-Għasar, l-Isqof Grech ġab l-eżempju tad-dilka taż-żagħżugħ David mill-Profeta Samwel biex fisser lit-tfal li, għalkemm għadhom żgħar u t-triq lejn il-maturità Nisranija għadha fil-bidu tagħha, Alla jixtieq isejħilhom għal missjoni speċjali.  “Taqtgħu qatt qalbkom mill-imħabba ta’ Alla”, ħeġġeġ l-Isqof Grech, li għadu kemm wasal lura minn Pellegrinaġġ Djoċesan f’Ruma għall-kanonizzazzjoni ta’ Ġwanni XXIII u Ġwanni Pawlu II.

F’din l-okkażjoni, il-katekisti ppreżentaw ittri miktuba bl-idejn mit-tfal li fihom jitolbu lill-Isqof jamministralhom il-Griżma.

Ritratt: Francesco Pio Attard


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2014/05/02/celebrazzjoni-ta-talb-ghall-kandidati-ghall-grizma-tal-isqof/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2014/05/celebrazzjoni-ghall-krezimandi-2014-1.JPG

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.