Archive for February, 2014

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Marzu 2014

Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawnhekk: newsheet-marzu2014.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 23 ta’ Frar 2014

Niżżel il-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014frar23.jpg

Żewġ kappillani ġodda

L-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech għadu kemm ħatar lil:

dun-injazju-borg.jpg    1. Dun Injazju Borg (sal-lum Kappillan ta’ San Lawrenz, Għawdex) bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, fil-Qala.  Dan wara li fl-aħħar ġimgħat il-Kan. Dr Joe Zammit kien offra r-riżenja tiegħu bħala Arċipriet ta’ din il-parroċċa.

DUN INJAZJU BORG twieled ix-Xagħra Għawdex fit-28 ta’ Awissu 1959. Huwa beda l-istudji primarji tiegħu fl-iskola tax-Xagħra u kompla l-istudji sekondarji tiegħu fl-iskola sekondarja tal-Liceo ta’ Victoria.
Huwa beda l-formazzjoni saċerdotali tiegħu fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù fis-sena 1977 u kien ordnat saċerdot fit-22 ta’ Ġunju 1985. Wara l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, Dun Nazju Borg kompla bl-istudji superjuri tiegħu fl-Università ‘Lateranense’ f’Ruma, fejn kiseb liċenzjat fit-Teoloġija Dommatika. Kiseb ukoll l-M.A. fl-Università ta’ San Tumas fl-Ispiritwalità u diploma fil-Liturġija fl-Università ta’ Sant’Anselmu f’Ruma. Hemmhekk huwa wettaq ukoll ħidma pastorali fil-parroċċa tan-Natività.

Meta rritorna Għawdex huwa ġie magħżul bħala Rettur tal-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu, ix-Xagħra u ta bidu għat-twaqqif ta’ diversi Komunitajiet Ewkaristiċi fi ħdan din il-komunità. Huwa kien ukoll Religious Counsellor fl-iskola sekondarja ‘Agius De Soldanis’, Victoria kif ukoll f’diversi skejjel primarji ta’ Għawdex. F’dawn l-aħħar snin huwa wettaq ħidma bħala Lekċerer tal-Liturġija fis-Seminarju Maġġuri u Religious Counsellor fis-Seminarju Minuri ta’ Għawdex.

Fil-15 ta’ Frar 2006, Dun Injazju kien ġie maħtur kappillan tal-Parroċċa ta’ Kerċem. Fis-17 ta’ Settembru, Dun Injazju kien ġie maħtur Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz. Huwa ukoll d-Delegat tal-Isqof ghall-Liturġija u membru tal-Kummissjoni Interdjoċesana tal-Liturġija.

dun-charles-sultana.jpg  2. Dun Charles Sultana (sal-lum Vigarju Parrokkjali ta’ San Lawrenz, Għawdex) bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz, f’San Lawrenz, Għawdex.  Ġie wkoll maħtur Dun Anthony Bajada bħala Vigarju Parrokkjali ta’ San Lawrenz.

DUN CHARLES SULTANA twieled fis-27 ta’ Novembru 1978 u ġie ordnat saċerdot fl-24 ta’ Ġunju 2003, wara li temm il-kors ta’ formazzjoni fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex, fejn kiseb il-Baċellerat fit-Teoloġija mill-Univeristà Angelicum ta’ Ruma. Wara l-ordinazzjoni għadda l-ewwel sena jservi fil-parroċċa ta’ Jesus Crucificado, Jalapa, il-Gwatemala flimkien mal-missjunarju Għawdxi Dun Anton Grech. Imbagħad mar jistudja il-Pastoral Counselling fl-Università ta’ Fordham fil-Bronx, New York fejn kiseb il-Masters. Fiż-żmien li ghamel fi New York hu serva fil-Parroċċa ta’ St. Mary’s, f’Manhasset.

Meta rritorna Għawdex huwa ġie magħżul bħala Segretarju personali tal-Isqof u Vigarju Parrokkjali fil-parroċċa ta’ San Lawrenz. Fl-2012 hu ġie maħtur bħala Assistant Head  fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesu’ u serva wkoll bhala Imhallef fit-Tribunal Ekkleżjastiku ta’ Għawdex.

Id-digrieti tal-ħatriet rispettivi ġew imxandra l-lum mill-Kurja Veskovili ta’ Għawdex, propju fl-istess jum li fih Mons. Isqof Grech jagħlaq sninu.  Hu twieled fl-20 ta’ Frar 1957, fil-Qala, Għawdex.

L-Isqof Grech talab liż-żewġ komunitajiet rispettivi biex jilqgħu bi mħabba u ġenerożita` lir-ragħajja spiritwali ġodda tagħhom, li huma mogħnija bi kwalitajiet pastorali sbieħ li bihom jistgħu jissoktaw jgħinuh fit-treġija tal-poplu Nisrani f’Għawdex.

Biex l-ulied jikbru f’adulti maturi b’identità ċara

dun-anton-teuma-premju-familja-qalb-tad-deheb-2014.JPG

Diskors ta’ Dun Anton Teuma, Direttur taċ-Ċentru tal-Familja Ġwanni Pawlu II, fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju ‘Qalb tad-Deheb’ li saret il-bierah, 15 ta’ Frar 2014  (Victoria).

Eċċellenza Dr. George Abela, Eċċellenza Mons. Isqof Mario Grech, Onorevoli ministri u membri parlamentari, saċerdoti, membri tal-Bord tal-Għażla, Familja Attard, sinjuri.

M’hemmx taħt il-kappa tax-xemx imħabba u rabta ikbar minn dik ta’ bejn l-omm u l-ulied tagħha. Alla jinseġ l-ulied fil-ġuf tal-omm u permezz tal-omm għal 9 xhur sħaħ, sakemm dawn ikunu lesti li joħorġu għad-dawl u mbagħad, bil-mod il-mod, jinqatgħu minnha l-ewwel fiżikament, imbagħad psikoloġikament. Fi kliem Freud, ma jibqgħux  estensjoni tagħha, biċċa minnha, imma jsiru persuni separati b’individwalità u b’personalità awtonoma.

Il-psikologu Antoine Vergote ikompli jiżviluppa dan il-ħsieb ta’ Freud u jistqarr li l-bniedem ikun tassew matur meta jifforma identità, fi kliem ieħor meta jkun jaf min hu verament, isir sid ta’ ħajtu u jkun kapaċi jiddeċiedi għalih innifsu, u meta jkun kapaċi jħobb tassew u jidħol f’intimità. Continue reading >>

Jingħata l-Premju ‘Familja Qalb tad-Deheb’

premju-familja-qalb-tad-deheb-2014.JPG

Niżżel kopja pdf tal-messaġġi tal-Isqof ta’ Għawdex l-E.T. Mons Mario Grech u tal-President ta’ Maltal-E.T. Dr George Abela: interventi-isqof-ta-ghawdex-president-ta-malta.pdf

Fl-Istitut tal-Familja Papa Gwanni Pawlu II, Victoria, nhar is-Sibt filgħaxija, 15 ta’ Frar 2014, il-familja tal-armla Carmena Attard u l-erba’ wliedha mill-Belt Victoria ngħatat il-Premju  ‘Familja Qalb tad-Deheb’ minn idejn l-E.T. il-President ta’ Malta Dr George Abela li f’kelmtejn li għamel f’din l-okkażjoni tkellem dwar l-importanza tal-familja u kif sa ftit taż-żmien ilu kellna familja waħda u llum nibbtu u qed jinbtu diversi forom tal-familja.  Huwa beda biex faħħar id-diskors meqjus u studjat li għamel fil-ftuħ tas-Serata d-Direttur ta’ dan l-Istitut, Dun Anton Teuma li kkwota x’qalu diversi kittieba u ħassieba dwar il-familja.  Il-President Abela tenna li meta tkun qed trabbi familja, tkun qed trabbi nazzjon.  Kemm hu importanti li nżommu f’moħħna li l-ġenituri huwa l-ewwel u l-iprem edukaturi.  Huwa faħħar il-ġest nobbli u erojku li għamel Ino Attard, ġuvni mastrudaxxa ta’ 36 sena li ta lil ommu kilwa biex b’hekk din issa qed tgħix aħjar u bdiet ħajja ġdida.  Il-President fakkar kif fl-2009 diversi esperti tal-familja mid-dinja kollha kienu ltaqgħu fil-Palazz u kif matul dawn l-aħħar sentejn, il-Presidenza għenithom biex jiġi ppubblikat fi ktieb l-istudju li ħareġ minn dawk il-laqgħat ta’ importanza kbira għall-familja.  Il-President kompla li l-Istat ma jistax jagħlaq għajnejh għat-trobbioja tal-ulied meta llum qed jinbtu tant relazzjonijiet u rridu nħarsu verament lejn l-aħjar interess tal-minuri.  Irridu nimxu b’kawtela u nisimgħu lil kulħadd u naraw l-impatt u t-trobbija tat-tfal.   Huwa feraħ lill-Istitut tal-Familja  Papa Gwanni Pawlu t-Tieni u fakkar kif fl-Universita’ tagħna wkoll insibu ċ-Ċentru tal-Familja fejn ukoll insibu l-esperti tal-familja f’dan il-qasam delikat u għażiż.  Importanti, sostna l-President, diskussjoni miftuħa mill-istake holders kollha għax din ma hix kwistjoni ta’ Knisja u stat, imma l-ben essere tas-soċjeta’ kollha.  Grazzi tax-xogħol u kburi bikom.  Fl-aħħar nett huwa radd ħajr lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor urewh solidarjeta’  u għajnuna matul il-mandat tiegħu. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 16 ta’ Frar 2014

Niżżel il-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014frar16.jpg

Kors qasir fil-Parenting Skills

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja (KDF) se torganizza kors qasir fuq weekend fil-Parenting Skills. Il-Kors hu miftuħ għal ġenituri li għandhom tfal bejn 6 u 12-il sena. Min hu interessat, għandu jimla din il-formola u jsegwi d-dettalji li fiha.

Niżżel il-formola tal-applikazzjoni minn hawn:

parenting-skills-subscription.jpg

Il-Parroċċa tal-Munxar tiċċelebra s-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl

Omelija fis-Solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl
It-Tnejn 10 ta’ Frar 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

INĦALLU R-RIĦ TA’ ALLA JMEXXINA F’ROTOT ĠODDA

l-isqof-grech-fis-sena-pawlina-fl-2008-munxar-ghawdex.jpg

Normalment ingergru meta jonfoħ ir-riħ, għax ir-riħ jaf ikisser, iħammeġ kif ukoll jaħraq.  Imma jkolli ngħid li aħna nħossuna grati lejn Alla għar-riħ li tefa’ fuq xtutna l-ġifen li fuqu kien hemm San Pawl.  Fl-Atti tal-Appostli jingħad b’mod ċar li kienet il-qawwa ta’ bosta rjieħ (grigal, lbiċ, majjistral, nofsinhar) il-kawża li, fi triqtu mill-port ta’ Adramitti fix-xatt tal-Asja Minuri lejn Ruma, Pawlu rifes fuq artna.

Huwa minnu li xi drabi, meta r-riħ jonfoħ bil-kontra, jista’ jkun kawża li l-ġifen ma jasalx fid-destinazzjoni; imma huwa minnu wkoll li meta r-riħ iqajjem il-baħar, jogħla l-mewġ u l-ġifen isib ruħu f’baħar imqalleb, ekwipaġġ tajjeb għandu l-ħila li jibdel ir-rotta imma xorta waħda jasal fid-destinazzjoni tiegħu.  Biex jevitaw li jinbelgħu mill-baħar irrabjat jew jitkissru mal-blat, il-baħħara huma għaqlin biżżejjed li, jekk hemm bżonn, jirrevedu l-programm tal-vjaġġ li jkunu għamlu biex isibu soluzzjoni alternattiva li tgħinhom jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.  Kif jgħid il-Malti, baħri tajjeb huwa l-baħri tal-maltemp, għax fl-irjieħ li jvenvnu kontra tiegħu ma jarax theddida imma sfida biex b’ħila jsib triq ġdida fil-baħar u jagħraf jidderiġi l-bastiment b’mod li jofroq il-mewġ għoli.  Hekk ir-riħ kuntrarju jagħtih il-possibbiltà li jħaddem teknika li tagħtih garanzija li jkun jista’ jsalpa f’kull staġun.  Kieku l-ġifen ta’ Pawlu ma kienx mgħammar b’ekwipaġġ mogħni b’dawn il-ħiliet, mhux biss ma kienx jasal fid-destinazzjoni tiegħu, imma lanqas jieqaf Malta.

Illum ukoll għandna rjieħ jonfħu minn kull direzzjoni u b’waqtiet fejn il-buffuri jkunu tant qawwija li jafu jagħmlu ħerba fil-bniedem, fil-familja u fis-soċjetà!  Huma diversi l-esperjenzi fejn nistgħu nqabblu l-umanità mal-ġifen ta’ Pawlu u li f’xi waqtiet narawha tinħakem f’ċiklun li għandu l-qawwa li jagħmlilha ħafna ħsara. Continue reading >>