Archive for October, 2013

Reflections on the Civil Union Bill

Can civil unions be equated with marriage?

by Fr. Edward Xuereb

The answer is yes if by law we just mean what traces the goodness and value of its force from the simple fact of being ordered. This is legal positivism (ius quia iussum): the theory that justifies the juridical character of laws that go against the real dignity of the human person. If however, law is based on justice and right reason (ius quia iustum), the story is totally different. Certain modern laws enacted by current parliaments, if seen from such a genuinely anthropological perspective, are nothing more than a step backward. So will be the recently proposed Act to regulate civil unions and to provide for matters connected therewith or ancillary thereto.

It was, after all, not so long ago, when Pope Francis as an archbishop called Argentina’s 2010 legalization of gay marriage a Satanic “anthropological regression”. While Argentina was voting on its own gay marriage bill, he stepped in to offer his thoughts: “Today the country, in this particular situation, needs the special assistance of the Holy Spirit to bring the light of truth on to the darkness of error, it need this advocate to defend us from being enchanted by many fallacies that are tried at all costs to justify this bill and to confuse and deceive the people of good will.” Continue reading >>

Iċċelebrat Jum Għawdex

Diskors fl-okkażjoni ta’ Jum Għawdex
Il-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, Għawdex
It-Tnejn 28 ta’ Ottubru 2013
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

L-EDUKAZZJONI: IL-MUFTIEĦ GĦALL-FUTUR TA’ GĦAWDEX

L-għadd ta’ dawk li jħaddnu viżjoni ċara dwar Għawdex bħala reġjun importanti fil-qafas tan-nazzjon Malti hemm bżonn li jikber mhux biss fost l-istess Għawdxin imma wkoll fuq livell nazzjonali.  Xejn ma huwa pożittiv kumment li għamel wieħed ambaxxatur residenti f’pajjiżna meta qal li fil-laqgħat li kellu ma’ diversi istituzzjonijiet f’pajjiżna fil-ftit xhur li ilu fostna, għadu ħadd ma semmielu lil Għawdex bħala destinazzjoni speċifika li jixirqilha investiment barrani!  Dan jikkonferma kemm huwa urġenti li ngħinu lil ħaddieħor jemmen tassew fil-potenzjal ta’ din il-Gżira tat-Tliet Għoljiet.  Persuni bħal Agius de Soldanis, Saver Cassar, Ġużè Aquilina u Ninu Cremona jistgħu jkunu ta’ stimolu qawwi biex titkebbes din l-imħabba lejn Għawdex bħala parti mill-qafas tan-nazzjon. Continue reading >>

Il-perikli tal-internet għat-tfal u l-istudenti - Seminar għall-ġenituri

cybercrime.jpg

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Novembru 2013

Niżżel in-Newsheet minn hawn: novembru-2013-newsheet.pdf

COMECE: Do not be misled: abortion is not a EU competence

comece-press-21-10-2013-do-not-be-misled.pdf

JUM IL-MISSJONI: L-Isqof Mario Grech jikteb lill-Missjunarji Għawdxin

mission-sunday.jpg

ITTRA MIFTUĦA LILL-MISSJUNARJI GĦAWDXIN

Għeżież Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Għawdxin li qegħdin fil-Missjoni,

Għal ħafna dalgħodu sebaħ jum bħas-soltu; imma għalija huwa jum speċjali, għax waqt li niftakar li llum il-Knisja qiegħda tiċċelebra Jum il-Missjoni, f’qalbi bdew għaddejjin l-ismijiet tagħkom li tinsabu f’diversi pajjiżi tal-“Missjoni”. Għalhekk qed nikteb dawn l-erba’ kelmiet biex insellmilkom!

Jekk f’ċertu sens intom tidhru assenti mill-ħajja ta’ kuljum tagħna għax tinsabu ’l bogħod u rari tkunu fl-aħbarijiet, nassigurakom li l-preżenza tagħkom tinħass sewwa fostna u fina.

Hija preżenza ħiemda għax bla ebda ħoss; imma fl-istess waqt preżenza ħajja, kemm għaliex intom il-ġieħ tagħna, kif ukoll għaliex b’mod jew ieħor inħossuna parteċipi mill-avventura tagħkom bħala ħabbara tal-Bxara t-tajba ta’ Ġesù Kristu. Infatti, nista’ ngħid li fostna huma ħafna dawk li “jinqdew” bikom biex huma wkoll jieħdu sehem fil-mandat missjunarju li Ġesù ta lill-Knisja tiegħu – qed nirreferi għal dawk fostna li, billi ma jistgħux ikunu huma personalment fil-Missjoni, jikkollaboraw magħkom u jgħinukom biex twettqu l-proġetti tagħkom b’risq il-bniedem sħiħ. Dan l-aħħar kont għand tabib u qalli li wieħed minnkom ta’ kull sena jibgħatlu ritratt tiegħu fil-Missjoni. Xtaqt rajthom dawn ir-ritratti – u kienu hemm iżejnu l-uffiċċju tal-klinika tiegħu! Jekk tiġu nieqsa intom, inkunu tlifna r-rappreżentanza f’din il-ħidma qaddisa. Kunu afu li d-dedikazzjoni tagħkom fil-Missjoni timla l-pulmun ta’ ħafna bl-ossiġnu tal-ħajja! Il-fatt li aħna niftakru li intom qegħdin f’isem Ġesù takkumpanjaw lill-foqra u tgħinuhom ma jitilfux it-tama, lilna jagħtina l-qawwa biex kull jum jisbaħ jum ġdid u sabiħ.

Ta’ dan kollu f’isem il-Knisja f’Għawdex minn qalbi rroddilkom ħajr.

Imma qabel nagħlaq, nixtieq nagħti tislima speċjali lil Dun Ġamri Cauchi, li fis-7 ta’ Novembru li ġej ser ikun ilu 50 sena li telaq mill-parroċċa tal-Għarb biex ikun missjunarju fil-Brażil. Nitlob lil Alla biex, kif Elija ħalla l-mantar tiegħu lil Eliżew u hekk dan ħa mill-ispirtu tal-profeta, Dun Ġamri jħallilna l-“mantar” tiegħu biex il-Knisja f’Għawdex issaħħaħ id-dakra missjunarja tagħha.

Sliem minn Alla Misiserna.

20 ta’ Ottubru 2013

+ Mario Grech

Esperjenza Missjunarja tas-Seminarista Michael Grima

seminarist-michael-grima-and-fr-anton-grech-in-guatemala.jpg

https://www.youtube.com/watch?v=oXk6UT134ZQ&feature=youtube_gdata_player

Stqarrija tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar Żvilupp Sostenibbli

Niżżel id-dokument minn hawn: 114-kummissjoni-ambjent-mlt.pdf

Niżżel is-sinteżi tad-dokument minn hawn: 114-kummissjoni-ambjent-sintezi-mlt.pdf