Archive for September, 2013

Ittra Ċirkulari ta’ Mons. Isqof Mario Grech dwar it-talba tar-Rużarju

Ir-Rużarju muftieħ nieżel mis-sema

Mons. Isqof Mario Grech stieden lill-familji Nsara biex matul ix-xahar ta’ Ottubru, tradizzjonalment iddedikat lill-Madonna, jingħaqdu flimkien biex jitolbu permezz tar-Rużarju. Fl-istess Ittra Ċirkulari, Mons. Isqof fakkar li l-Ħadd 13 ta’ Ottubru, il-Papa se jikkonsagra d-dinja lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija.

Niżżel id-dokument pdf minn hawn:

34-ir-ruzarju-muftieh-niezel-mis-sema.pdf

34-2013-the-rosary.pdf (English version)

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi (Ottubru 2013)

Niżżel id-dokument pdf minn hawn: newsheet-ottubru-2013.pdf

Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompej iżur is-Santwarju Ta’ Pinu

Amministraturi responsabbli

Ġabra fil-qosor tal-omelija ta’ Mons. Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-miġja tal-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompej f’Għawdex.
Santwarju Madonna Ta’ Pinu, il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2013.

Fir-rakkont tal-Vanġelu dwar l-amministratur diżonest, nilmaħ l-istorja tagħna lkoll, jien inkluż, għaliex kull wieħed minna għandu xi responsabbiltà amministrattiva – min ftit u min ħafna. Billi aħna bnedmin, għandna r-riskju li l-egoiżmu jwassalna biex namministraw il-ħwejjeġ afdati lilna skont l-interessi personali tagħna. Aħna m’aħniex meħlusin mit-tentazzjoni li nużaw lill-oħrajn jew il-ħwejjeġ tal-oħrajn biex inħaxxnu l-bwiet tagħna. Hekk għamel l-amministratur li jsemmi Ġesù fil-Vanġelu: biex seta’ jkabbar ġidu, huwa abbuża kemm mill-ġid tas-sid kif ukoll minn dak tas-sudditi tiegħu! Mingħajr skruplu ta’ xejn, bis-serq li wettaq, l-amministratur faqqar lil ħaddieħor biex stagħna hu.

Din hija l-istorja tagħna. Is-serq għandu diversi forom. Nagħti ftit eżempji. F’soċjetà li tiftaħar bis-suq ħieles, faċli li wieħed jaħseb li huwa ħieles li jitlob ħlas kemm irid għall-oġġetti jew is-servizzi li joffri lill-oħrajn. Huwa normali li jkun hemm il-profitti, imma dawn iridu jkunu ġusti u raġjonevoli, altrimenti din tkun amministrazzjoni diżonesta. Aspett ieħor importanti fl-amministrazzjoni huwa li wieħed joffri oġġetti u servizzi ta’ kwalità tajba li tkun tirrifletti l-prezz li jitlob għalihom. Altrimenti dan ikun qerq. Kull tebgħa ta’ korruzzjoni u kull xorta ta’ tixħim jirrendu l-amministratur diżonest. Continue reading >>

Mons Isqof Mario Grech iżur il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

AĦNA L-MAĦBUBIN TA’ ALLA

Omelija tal-Isqof Grech waqt quddiesa fil-kappella tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal il-Ġdid, Malta, 11 ta’ Settembru 2013.

Anke jekk wieħed ikollu l-moviment tiegħu ristrett jew limitat, xorta waħda wieħed jista’ jkun ħieles f’qalbu. F’dan il-kuntest aħbar tajba li wasslilna Kristu hija li l-verità tagħmilna ħielsa! Għalhekk dak li huwa marbut ma’ siġġu tar-roti, jew huwa huwa mixħut f’qiegħ ta’sodda jew huwa fil-ħabs, jekk jagħraf u jaċċetta l-verità, dan jagħmel esperjenza tal-ħelsien minkejja li d-dritt tal-moviment ikun limitat!

Il-verità li nixtieq inwasslilkom hija li aħna l-magħżulin u l-maħbubin ta’ Alla. Alla, li huwa mħabba bla qies, isawwab din l-imħabba fuq kull wieħed minna. Jista’ jiġri li l-familja tagħna ma tibqx tħobbna jew li l-istess soċjetà tkun kiefra fil-konfront tagħna, imma Alla ma jafx ma jħobbniex. Jekk ngħidu li Alla ma jħobbniex, inkunu ngiddbu lil Alla. Continue reading >>

Year of Faith: Pilgrimage of the Families

anno-della-fede-life-in-hd.pdf

anno-della-fede-joy-of-faith.pdf

consilium-pro-familia-celebration-year-of-faith.pdf

Messaġġ tal-Isqof Mario Grech dwar il-faqar

IL-FOQRA HUMA L-PROFETI TAL-LUM

Omelija fil-Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija
Bażilika tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra
Il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2013
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

Għaddew sebgħin sena minn meta fit-8 ta’ Settembru 1943 l-Italja ffirmat l-armistizju, u hekk f’pajjiżna s-sereni daqqew biex iħabbru t-tmiem tal-Gwerra.  Dan kien ifisser ukoll li l-morsa tal-faqar ma baqgħetx tagħfas daqshekk fuq ġensna u hekk bdiet tittaffa xi ftit it-tbatija.  Matul dawn is-sebgħin sena ħafna minn dan il-faqar kien megħlub; imma mbagħad inħoloq faqar ġdid!  Studji riċenti dwar pajjiżna jikxfu li 15.5% tal-popolazzjoni tagħna qed tgħix taħt il-linja tal-faqar.  Is-sena l-oħra l-Knisja f’pajjiżna permezz tal-Caritas talbet biex togħla l-paga minima, għax anki dawk li jaħdmu jistgħu jsibu ruħhom fir-riskju li jaqgħu taħt il-linja tal-faqar.  Dan biex ma nsemmix il-faqar f’pajjiżi oħra: fl-Unjoni Ewropea biss huwa stamt li hawn 47 miljun ruħ jew 16% tal-popolazzjoni li huma fil-kategorija tal-foqra. Continue reading >>

Komunikat tal-Konferenza Episkopali Maltija

Illum l-Isqfijiet Maltin ħarġu komunikat li fih qed jistiednu lill-fidili Nsara jingħaqdu mal-Papa fis-sawm u fit-talb għall-paċi fis-Sirja.

Niżżel l-Istqarrija tal-Isqfijiet minn hawn:

100-stqarrija-konferenza-episkopali-mlt.pdf

100-stqarrija-konferenza-episkopali-eng.pdf

L-Isqof Grech jitkellem dwar il-fenomenu tal-immigrazzjoni mil-lenti Nisranija

immigrants-in-mediterranean.jpg

Il-Poplu ta’ Alla għandu l-esperjenza migratorja fid-DNA tiegħu

Sintesi tal-omelija tal-Isqof Mario Grech waqt il-quddiesa tal-festa tal-Madonna ta’ Loretu, f’Għajnsielem, li saret il-Ħadd, 1 ta’ Settembru 2013.

“Is-soċjetà tagħna f’dawn l-aħħar snin qed ikollha taffronta l-fatt ta’ mijiet ta’ immigranti irregolari li jaslu fuq ix-xtut tagħna. In-numru ta’ dawk li waslu fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien id-doppju ta’ dawk li waslu fl-istess żmien is-sena l-oħra (600). Wieħed jifhem għaliex dan il-fenomenu kien u għadu suġġett ta’ ħafna diskussjoni: il-preżenza qawwija tal-immigranti mhux biss ħolqot bżonnijiet materjali ġodda, imma ġabet magħha ukoll xokk soċjali u kulturali. Għalhekk hija meħtieġa aktar riflessjoni matura dwar kif għandna ngħixu bil-galbu dan il-mument storiku.

Dan il-fenomenu migratorju jolqot ukoll lilna bħala Knisja. Għalkemm kemm il-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja kif ukoll iċ-Ċentru tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati għamlu u qed jagħmlu ħafna b’risq din il-kawża umanitarja, jibqa’ l-fatt li fadlilna ħafna passi x’nagħmlu kemm biex nadottaw ħidma pastorali mal-immigranti kif ukoll biex nedukaw il-qalb ta’ ħutna Maltin u Għawdxin li qed ikollhom jgħixu f’din is-sitwazzjoni soċjali ġdida. Ukoll għalina bħala Knisja f’pajjiżna, il-mewġa tal-immigrazzjoni irregolari kienet xokk religjuż qawwi. Ħafna minna l-Insara għadhom ma ntebħux li l-preżenża tal-immigranti irregolari tista’ tkun mument ta’ grazzja għalina daqskemm għalihom. Huwa fatt li l-attenzjoni tagħna l-Insara lejn dawn l-immigranti irregolari għadha tkun imbuttata mhux tant minn motivi umanitarji daqskemm minn ragunijiet ta’ fidi mdawla mill-Kelma ta’ Alla. Continue reading >>