Archive for August, 2013

Madre Margherita De Brincat - tagħrif mill-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin

Fit-12 ta’ April li għadda, il-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin wieġbet għal xi diffikultajiet li tqajmu fil-proċess dwar il-Beatifikazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla Madre Margerita De Brincat. Biex taqra t-tweġiba tal-Kongregazzjoni, niżżel id-dokument minn hawn: madre-margherita-de-brincat-erojcita.pdf

madre-margherita-de-brincat.jpg

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Settembru 2013

Niżżel il-verżjoni pdf minn hawn: newsheet-settembru-2013.pdf

Vacancy at Bishop’s Conservatory Secondary School, Gozo

FULL-TIME ASSISTANT HEAD of SCHOOL

Applications and details for the above post
are available from:

The School Secretary,
Bishop’s Conservatory Secondary School,
Victoria VCT 2503 Gozo
from Monday to Friday, from 8.30am to 12noon
Email: daniela.sacco@consgozo.org
Tel. 21560277
or visit www.gozo.diocese.org

Applications will be received by
The Bishop’s Delegate for Catholic Education
Fr. Effie Masini
at the Bishop’s Curia P.O. Box 1 Victoria Gozo

by not later than:
Monday, 2nd September, 2013 at 12noon.

Download document from here: call-asst-hd-aug-13-public.pdf

L-Isqof Mario Grech President tal-Konferenza Episkopali Maltija

96-konferenza-episkopali-200813.JPG

Fi Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, ġie mgħarraf li l-Isqof ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, ġie maħtur president tal-Konferenza Episkopali Maltija. Hu qed jieħu post l-E.T. Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof ta’ Malta, li qeda dan l-uffiċċju għal dawn l-aħħar sitt snin.

Niżżel l-istqarrija minn hawn: 96-stqarrija-konferenza-episkopali.pdf

Talb għall-paċi fl-Eġittu u fis-Sirja

Fi stqarrija li ħarġu nhar is-Sibt 17 ta’ Awwissu 2013, l-Isqfijiet Maltin għamlu stedina biex isir talb għall-paċi fl-Eġittu u s-Sirja. Fil-jiem li ġejjin, l-Isqfijiet se jagħmlu appell għal għotjiet ta’ flus biex imorru b’risq il-popolazzjoni kollha milquta minn din is-sitwazzjoni ta’ ġlied.

Niżżel l-istqarrija minn hawn.

94-stqarrija-isqfijiet.pdf

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Awwissu 2013

Niżżel il-verżjoni pdf minn hawn: newsheet-awwissu-2013.pdf

ITTRA PASTORALI TA’ MONS. ISQOF MARIO GRECH

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Mons. Isqof Mario Grech ħareġ ittra pastorali li titkellem dwar il-ħidma tal-Knisja favur il-morda.

Download pdf version:

33-2013-pastorali-santa-marija-2013-english.pdf

pastorali-morda-awwissu-2013.pdf

KNISJA QRIB IL-MORDA

Ittra Pastorali
TAL-E.T. MONS MARIO GRECH
ISQOF TA’ GĦAWDEX
FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA
TA’ MARIJA MTELLGĦA S-SEMA
2013

Jekk il-ġid materjali jagħżel lill-bnedmin minn xulxin, għax ikun hemm min għandu geddumu fix-xgħir u min ma għandux għaxja ta’ lejla, it-tbatija tqegħidna lkoll f’keffa waħda. Jekk minħabba l-għana materjali l-bniedem huwa ttentat bil-kbir biex jgħolli rasu, it-tbatija ġġibna f’sensina u tlaqqagħna mal-verità. Jekk, kif jiġri ħafna drabi, il-ġid tad-dinja jsir kawża ta’ għira, ġlied u firda, normalment it-tbatija tiġborna flimkien u tagħti lok għal ġenerożità xi drabi erojka. Continue reading >>