Archive for June, 2013

Ordo Virginum

32/2013

ITTRA PASTORALI
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

WARDA ĠDIDA FIL-ĠNIEN TA’ GŻIRITNA

Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes, Superjuri Reliġjużi, Persuni Kkonsagrati u Lajċi Nsara.

Għeżież,

Fostna hawn ħafna tajjeb! Kuljum jiftaħ ward ġdid imlibbes b’ilwien sbieħ u jarmi fwieħa li tgħaxxaq. Imma spiss jiġrilna li, għalkemm dan kollu qed jiġri taħt għajnejna u madwarna, aħna ma nintebħux bih. Forsi għax dak li huwa negattiv fil-ħajja jisirqilna l-attenzjoni. Jista’ jkun ukoll għax nafu nkunu mifxulin u aljenati! Imma dan jista’ jiġri wkoll għaliex bil-mod il-mod bħal donnu qegħdin nitilfu s-sensibbiltà li nammiraw u napprezzaw il-ġmiel veru!

Fil-fehma tiegħi l-ġrajja ta’ żewġ xebbiet minn tagħna li nhar il-Ħadd li ġej ser jikkonsagraw ruħhom lil Alla u jingħaqdu fl-Ordo Virginum jew fil-kategorija tal-Verġni Kkonsagrati, hija warda sbejħa u ġdida li kibret fil-ġnien ta’ gżiritna! Continue reading >>