Archive for July, 2012
Uffiċċju Komunikazzjoni
Arċidjoċesi ta’ Malta
26 ta’ Lulju 2012
90/2012
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA DWAR L-ITTRA PASTORALI
“NIĊĊELEBRAW IL-ĦAJJA UMANA”
L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex illum ħarġu Ittra Pastorali bl-isem “Niċċelebraw il-Ħajja Umana”. Din l-Ittra hija indirizzata prinċipalment lill-komunità Kattolika f’dawn il-Gżejjer, imma wkoll lill-Maltin u l-Għawdxin ta’ rieda tajba, u hija intenzjonata wkoll biex tgħin diversi kategoriji ta’ persuni biex jiffurmaw il-kuxjenza tagħhom tajjeb fuq “suġġett daqshekk qaddis u fundamentali bħalma huwa l-ħajja umana”. F’dan il-kuntest, l-Isqfijiet jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-prokreazzjoni assistita (IVF). Continue reading >>
Ħelsien minn kull forma ta’ jasar
Sintesi tal-omelija tal-Isqof Mario Grech waqt quddiesa pontifikali li saret fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, dalgħodu, il-Ħamis 12 ta’ Lulju 2012, fl-okkażjoni tal-Police Day.
“Fis-soċjetà affluenti tal-lum il-bniedem qed iħossu awtosuffiċjenti u għalhekk qed iwarrab lil Alla mill-ħajja privata u pubblika. Kif jikteb Dostoevsky, il-bniedem li ma jibżax minn Alla, ibeżża’, għax dan jasal biex jagħmel kollox. Huwa fatt li llum kotru l-inġustizzji, tferrxet aktar l-immoralità, u l-politika, li suppost hija arti nobbli, tħammġet ħafna! Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tiżdied l-infedeltà tal-bniedem lejn Alla, lejn il-verità, lejn il-prinċipji li jistqarr li jħaddan u lejn l-istess bniedem! Continue reading >>
Uffiċċju Komunikazzjoni
Arċidjoċesi ta’ Malta
5 ta’ Lulju, 2012
84/2012
IL-MEWT TA’ MAMADOU KAMARA
Aħna l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex irridu nuru n-niket profond u t-tħassib tagħna għall-mewt traġika tal-immigrant mill-Mali, Mamadou Kamara. F’isem il-komunità Nisranija f’pajjiżna noffru l-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb tieghu. F’dan il-mument, nixtiequ nesprimu s-solidarjetà tagħna mal-komunità tal-immigranti, speċjalment dawk mill-Mali, li tinsab fostna. Continue reading >>
CONFERENTIA EPISCOPALIS MELITENSIS
Konferenza Episkopali Maltija
Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Paul Darmanin O.F.M. Cap.
Isqof ta’ Garissa,
Kenya.
2 ta’ Lulju 2012
Maħbub ħuna fl-Episkopat,
Kemm l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex kif ukoll jiena, konna għadna qegħdin nifirħu bil-ħatra ta’ Patri Joe Alessandro O.F.M.Kapp. bħala isqof koadjutur tiegħek, meta ġriet l-aħbar tat-traġedja Ii seħħet f’żewġ knejjes u Ii ħalliet numru sewwa ta’ persuni mejtin u oħrajn feruti. Continue reading >>