Published on April 29, 2012
in 2012.
Ilbieraħ, is-Sibt 28 ta’ April 2012, l-Isqof Mario Grech qaddes fil-knisja parrokkjali tan-Nadur fl-okkażjoni tat-324 sena mit-twaqqif tal-parroċċa. Dan sar fl-istess jum li fih id-Djoċesi ta’ Għawdex, fuq inizjattiva tal-Azzjoni Kattolika, għall-ewwel darba ċċelebrat it-tifkira liturġika ta’ Santa Gianna Beretta Molla. Fi tmiem il-quddiesa fin-Nadur, l-Isqof Grech inawgura u bierek “Ċentru ġdid ta’ tagħlim”. Fl-omelija l-Isqof wassal dan il-messaġġ:
«Napprezza li għandna ħafna ġenituri li bħal Santa Gianna Beretta Molla jagħtu ħajjithom għal uliedhom! Bħal din il-qaddisa li mietet 50 sena ilu, għandna ġenituri li jagħżlu li jmutu fis-sens wiesa’ tal-kelma biex jgħajxu lil uliedhom! Dawk il-ġenituri li, misjuqin mill-imħabba lejn Alla u lejn uliedhom, jissagrifikaw lilhom infushom biex irabbu lil uliedhom, huma tassew teżor kbir tal-Knisja u tas-soċjetà. Continue reading >>
Verzjoni PDF - Ċirkulari 23/2012
Ċirkulari 23/2012
Ittra Ċirkulari tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes u Superjuri Reliġjużi
STEDINA GĦAT-TALBA TAR-RUŻARJU
Min minna ma jitgħaxxaqx b’dan iż-żmien tar-rebbiegħa? Il-fjuri bl-ilwien u l-fwejjaħ tagħhom jawguraw ħajja ġdida! Ir-raġġi sbieħ tax-xemx jistednuna niftħu t-twieqi ta’ djarna biex tinbidel l-arja xi ftit immuffata li tkun inġemgħet bl-għeluq tax-xitwa!
Kieku din ir-rebbiegħa nixtequha wkoll f’oqsma oħra, bħal fil-każ tal-familja, tax-xjenza, tal-kultura u tal-politika. Imma qed niktbilkom din in-nota biex nagħti leħen lil dawk li jixtiequ jaraw ir-rebbiegħa fil-ħajja Kristjana. Għandna bżonn niftħu t-twieqi ta’ qalbna biex inħallu l-imħabba ta’ Kristu ssuqna. Huwa urġenti li niftħu t-twieqi tal-komunitajiet Insara, bħalma huma l-komunità ċkejkna tal-familja, il-komunitajiet reliġjużi u l-komunitajiet parrokkjali tagħna, biex inħallu r-riħ li ġab Kristu Rxoxt itajjar ir-riħa tal-għeluq li xi kultant qiegħda tifgana. Continue reading >>
Published on April 28, 2012
in 2012.
NAGĦTU ĊITTADINANZA PUBBLIKA LIT-TWEMMIN TAGĦNA
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Festa Liturġika ta’ San Ġorġ Martri
Parroċċa San Ġorġ, ir-Rabat, Għawdex – It-Tnejn 23 ta’ April 2012
Nistħajjel illi ma tobsrux kemm is-solennità tal-lum ta’ San Ġorġ Martri timlieni b’kuraġġ, sew bħala Nisrani u bħala saċerdot, imma iktar u iktar bħala isqof. U dak illi nġarrab jien, nixtiequ lil kulħadd: lill-komunità Ġorġjana u lill-Knisja kollha f’Għawdex.
Diskriminazzjoni kontra l-Insara llum
Ħafna, meta jitkellmu fuq l-istorja tal-martri, jaħsbu illi l-persekuzzjonijiet tal-Knisja huma xi ħaġa ta’ tant u tant żmien ilu. Imma mhux hekk! Propju ftit tal-ġimgħat ilu, organizzazzjoni internazzjonali li għandha l-bażi tagħha fl-Awstrija ħarġet rapport dwar il-persekuzzjoni tal-Insara llum, mhux fil-Lvant Nofsani – u naħseb smajtuhom id-drammi tal-Insara fl-Eġittu, fl-Iraq… tal-bieraħ dawn! –, lanqas fl-Asja, imma fl-Ewropa, dak il-kontinent illi ġieli nsejħulu “il-benniena tal-Kristjaneżmu”. Continue reading >>
Published on April 21, 2012
in 2012.
SEMINARJU MINURI TAL-QALB TA’ ĠESÙ
JUM IL-PREMJAZZJONI GĦAS-SENA 2010-2011
20 ta’ April 2012
Diskors tas-Surmast Dun Emmanuel Saliba
Eċċellenza Reveredissima Mons. Mario Grech, Dr Rose Anne Cuschieri Direttur tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, rapprezentanti mill-Kulleġġ t’Għawdex, mistednin distinti, għalliema, ġenituri, studenti u ħbieb li ġejtu tifirħu magħna: Għal darb’ohra nagħtikom merħba u nilqagħkom għal din l-attività ta’ Jum il-Premjazzjoni. Continue reading >>
Published on April 19, 2012
in 2012.
Ecumenical Service Of Celebration and Thanksgiving
Organised by the British Residents Association Malta G.C.
Message by H.L. Bishop Mario Grech
18th April 2012, at the Cathedral, Gozo
This evening we are gathered here to express our gratitude to God for three distinctive gifts: (1) Her Majesty Queen Elizabeth II, who has just celebrated her Diamond Jubilee; (2) the 70th anniversary of Operation Pedestal which the Maltese baptised as the “Santa Marija Convoy”, and (3) the 70th anniversary of the award of the George Cross offered to our Nation to “honour her brave people”.
The three events speak loudly of the splendid human richness that adornes all the persons involved; yet, those who like us have a faith vision, cannot overlook the fact that there is a Christian note common to all. Continue reading >>
Published on April 14, 2012
in 2012.
L-EWKARISTIJA: IKEL GĦALL-EŻILJATI
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Ħamis ix-Xirka: Tifkira Solenni tat-Twaqqif tal-Ewkaristija
Knisja Katidrali – Il-Ħamis 6 ta’ April 2012
Għandna xewqa ta’ Alla?
Il-bniedem tal-lum qed jgħix fl-eżilju, ’il bogħod minn Alla; mhux għax Alla ma jinteressahx mill-bniedem, imma għax dan tal-aħħar għażel li jeżilja lil Alla! Għaddew erbgħin jum minn meta l-Arċisqof Cremona u jien wassalnielkom Ittra Pastorali fejn tkellimna dwar din l-esperjenza tal-eżilju li qed jgħixu llum il-bniedem u n-Nisrani! F’dik l-Ittra fissirna xi jfisser tgħix fl-eżilju mifrud minn Alla, bħal meta “taħseb li dak li tiddeċiedi inti huwa tajjeb jew ħażin bla ma tagħmel l-ebda rabta mal-Kelma ta’ Alla; meta taħseb li f’ħajtek m’għandekx bżonn lill-Mulej Ġesù u lill-Knisja li ħallielna hu, ħlief meta tiltaqa’ ma’ xi emerġenza…; meta tintilef fil-ġirja għall-affarijiet materjali bla ma tagħti kas tal-etika u l-ġustizzja. B’mod ġenerali nistgħu ngħidu li nkunu fl-eżilju spiritwali meta f’ħajjitna npoġġu fil-ġenb il-Kmandamenti ta’ Alla” (mill-Ittra Pastorali tar-Randan 2012).
Continue reading >>
Published on April 14, 2012
in 2012.
IS-SAĊERDOT JIFTAĦ IL-KTIEB TAS-SEWWA
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut
Knisja Katidrali – Il-Ħamis 6 ta’ April 2012
Il-Kelma ta’ Alla saret laħam
Il-Vanġelu li għadu kif tħabbrilna jeħodna Nazaret. Kemm nixtieq li nixxennqu biex aħna wkoll ngħammru f’Nazaret, għaliex hemm seħħ il-Misteru tal-Inkarnazzjoni: il-Kelma ta’ Alla, jiġifieri l-Verb, sar bniedem u għammar fostna. Hekk Nazaret saret depożitarja tal-verità, għax hemm Alla ried ipoġġi u jiddepożita l-verità. Għalhekk tifhmuni jekk dalgħodu nesprimi din ix-xewqa illi s-soċjetà tagħna u pajjiżna jixxennqu biex ikunu bħal Nazaret fil-kuntest kulturali, xjentifku, soċjali u politiku li qed ngħixu fih illum, fejn il-verità hija nieqsa u mkissra biċċa biċċa.
Imma l-Vanġelu jgħidilna wkoll li l-Mulej Ġesù jmur Nazaret, jagħtuh il-ktieb u hu jiftħu. F’din iċ-ċelebrazzjoni solenni, li fiha qegħdin niċċelebraw is-Saċerdozju Kattoliku, irrid insellem lil dawn ħuti fis-saċerdozju li huma msejħa biex, kif insibu fl-Atti tal-Appostli, bħala “ministri tal-Kelma” (Lq 1:4) iħallu ħafna mill-attivitajiet tagħhom ħalli jkunu dawk li jamministraw il-Kelma (Atti 6:4). Bħal Ġesù Kristu, is-Saċerdot il-Kbir, il-presbiteri huma kontinwament imsejħa biex jilqgħu l-Ktieb; mhux biex “jieħdu” jew jippossedu l-Ktieb, għax dan mhux “propjetà privata” tagħna s-saċerdoti imma huwa fdat u mgħoddi lilna ħalli, filwaqt li nilqgħuh, niftħu “il-Kelma ta’ Alla”. Continue reading >>