Archive for February 13th, 2012

Żjara tal-Isqof Anglikan Dr Geoffrey Rowell fis-Seminarju ta’ Għawdex

Nhar is-Sibt li għadda, 11 ta’ Frar, L-Isqof Anglikan Dr Geoffrey Rowell, Isqof ta’ Ġibilterra fl-Ewropa, kien il-mistieden speċjali fis-Seminarju ta’ Għawdex fejn ta konferenza bl-Ingliż dwar il-figura tal-Kardinal il-Beatu John Henry Newman. Il-Kardinal Newman għandu rabta kemm mal-Knisja Kattolika kif ukoll mal-Knisja Anglikana.

Għall-konferenza kienu preżenti diversi saċerdoti u reliġjużi, flimkien ma’ numru ta’ Nsara tal-Komunità Anglikana f’Għawdex, akkumpanjati miċ-Chaplain tagħhom. L-isqof Rowell kien milqugħ minn Mons Isqof Mario Grech u mir-Rettur tas-Seminarju Dun Daniel Xerri. Mons Ġużeppi Farrugia, għalliem tad-Dommatika fis-Seminarju Maġġuri u fl-Università ta’ Malta, qabel il-konferenza għamel kelmtejn ta’ introduzzjoni tal-mistieden distint u tal-figura tal-Kardinal Newman.

Żjara tal-Kardinal Agostino Vallini fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu

Nhar il-Ħamis li għadda, 9 ta’ Frar 2012, il-Kardinal Agostino Vallini, il-Vigarju tad-djoċesi ta’ Ruma, mexxa pellegrinaġġ lejn is-Santwarju Ta’ Pinu. F’dan il-pellegrinaġġ ħadu sehem ukoll erba’ isqfijiet awżiljari ta’ Ruma: l-E.T. Mons Guerino Di Tora, l-E.T. Mons. Benedittu Tuzia u l-isqfijiet il-ġodda Mons. Matteo Maria Zuppi  u Mons. Lorenzo Leuzzi, flimkien ma’ mija u ħamsin saċerdot mid-Djoċesi ta’ Ruma. Continue reading >>

Premju “Qalb tad-Deheb”

ASSOĊJAZZJONI TAL-FAMILJA

Messaġġ tal-Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju “Familja Qalb tad-Deheb” organizzat mill-Moviment ta’ Kana f’Għawdex, nhar is-Sibt 11 ta’ Frar 2012.

Il-kura ta’ persuni fil-bżonn tal-għajnuna
Il-familja għandha sehem importanti ħafna fis-soċjetà. B’sens qawwi ta’ gratitudni insellem lil dawk il-familji li għażlu li jibqgħu jieħdu ħsieb lill-membri fi ħdanhom li huma morda, diżabbli jew anzjani. Mhux faċli li wieħed jikkwantifika kemm tiswa din il-kura fil-familja; però huwa żgur li meta l-familja ma tibqax toffri dawn is-servizzi, il-piż fuq l-Istat ikun enormi! Continue reading >>