- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Ċirkulari ta’ Mons Isqof Mario Grech

Posted By admin On December 9, 2011 @ 10:24 am In Circulars | Comments Disabled

Ċirkulari 21/2011

Ittra Ċirkulari tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes u Superjuri Reliġjużi

DIRETTIVI DWAR INVESTITURI U ĊELEBRAZZJONIJIET
TA’ ORDNIJIET KAVALLERESKI

Billi ġejna mitluba biex il-Kurja f’Għawdex ikollha linji gwida ċari dwar x’għandha tkun ir-relazzjoni uffiċċjali tagħna bħala Knisja mal-Ordnijiet Kavallereski, ninfurmakom illi:

1. Ebda investitura ta’ Kavallieri ma tista’ ssir fil-knejjes tagħna jekk l-Ordni involut ma jkunx rikonoxxut uffiċċjalment mis-Santa Sede. Dawk li għandhom dan l-għarfien huma l-Ordni Militari Sovran ta’ Malta (SMOM) u l-Ordni Ekwestru tas-Santu Sepulkru ta’ Ġersualemm.

2. Dawk l-Ordnijiet li ma għandhomx l-għarfien tas-Santa Sede ma jistgħux jieħdu sehem f’purċissjonijiet u f’funzjonijiet oħra tal-Knisja bl-abitu kavalleresk.

3. Is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi ma għandhomx jaċċettaw li jsiru membri ta’ Ordnijiet Kavallereski jekk mhux bi qbil tan-normi tas-Santa Sede u bil-permess tal-Ordinarju.

Maħruġa mill-Kurja Veskovili ta’ Għawdex, Ir-Rabat, illum, 6 ta’ Diċembru 2011.

+ Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
Mons. Salv Debrincat
Kanċellier


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2011/12/09/cirkulari-ta-mons-isqof-mario-grech-2/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.