- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Komunikat tal-Isqof Mario Grech dwar il-mewt tal-Isqof Depasquale

Posted By admin On November 30, 2011 @ 1:05 pm In Circulars | Comments Disabled

Ċirkulari 20/2011

Ittra Ċirkulari tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

Komunikat
dwar il-mewt ta’ Mons. Annetto Depasquale,
Isqof Awżiljarju ta’ Malta

Fi żmien sena l-qniepen tal-knejjes tagħna reġgħu ndaqqu biex iħabbrulna l-mewt ta’ isqof ieħor minn tagħna: l-E.T. Mons. Annetto Depasquale.

Mons. Depasquale inħataf mill-mewt – sal-ġimgħa li għaddiet konna flimkien għal-laqgħa ta’ kull xahar tal-Konferenza Episkopali fejn Dun Annett kien ħajt li nserrħu fuqu. Kien bniedem għaref fix-xjenzi tad-dinja, imma fuq kollox kien mimli bl-għerf ta’ Alla. B’rispett lejn ħuti l-oħra fl-episkopat, ngħid li Mons. Depasquale kien id-direttur spiritwali fostna. Il-fedeltà tiegħu lejn il-bniedem kienet żgura għax imwieżna bil-fedeltà lejn Alla u lejn il-Knisja.

Mons. Depasquale kien isqof awżiljarju għall-Arċidjoċesi ta’ Malta, imma nistqarr li f’sens wiesgħa Dun Annett kien isqof li għinni ħafna anke bħala isqof ta’ din id-djoċesi. Kellu rispett kbir lejna l-Għawdxin.

Filwaqt li nirrakkomanda lill-komunità djoċesana biex toffri talb b’suffraġju ta’ Mons. Depasquale, b’sinjal ta’ rispett lejh insellmulu bid-daqq tal-qniepen tal-knejjes tagħna għada fit-8.00am u l-Ħamis f’12.00pm.

Jekk inħataf mill-mewt, żgur li ma kienetx sorpriża għal Dun Annett li jitlaqa’ ma’ Alla għax kien jgħix fil-preżenza tiegħu.

It-Tlieta, 29 ta’ Novembru 2011
+ Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

Mons. Salv Debrincat
Kanċellier


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2011/11/30/komunikat-tal-isqof-mario-grech-dwar-il-mewt-tal-isqof-depasquale/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.