- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.24

Posted By admin On October 28, 2011 @ 4:12 pm In 2011 | Comments Disabled

24 ta Ottubru, 2011

 

The [1] Flash Player and [2] a browser with Javascript support are needed..

Quddiesa f’Deer Park
Dalghodu l-grupp Karizmatiku Mater Dei, li kull nhar ta Tnejn illaqa numru imdaqqas ta emigranti Maltin fil-knisja ta St. Peter Channel f’Deer Park, organizza laqgha specjali ta talb fl-istess knisja. Dan il-grupp beda l-mixja spiritwali tieghu madwar hmistax il-sena ilu fuq inizjattiva ta Martin u Carmen Sultana bl-ghajnuna tal-mibki Isqof Joe Grech li dak iz-zmien kien assistant priest f’din il-parrocca mal-kappillan il-Kan Dun Karm Borg.
F’din l-okkazzjoni madwar 450 persuna mlew il-knisja ghal quddiesa mmexxija mill-Isqof Mario Grech. Jikkoncelebraw mal-Isqof Mario, kien hemm Kan Dun Karm Borg, Fr Dennis Carabott mssp assistant priest fil-parrocca ta St. Bernardette, Fr. Raymond Bugeja Kappillan ta West Preston, Fr Emanuel Bonello Kappillan ta North Reservoir, u Dun Eddie Zammit.
Fl-omelija tieghu l-Isqof tkellem dwar is-sejha universali ghal qdusija. Huwa apprezza d-devozzjoni tal-Maltin fl-Awstralja ghal San Gorg Preca u fakkar li fid-djocesi t’Ghawdex hemm zewg processi kanonici ghall-beatifikazzjoni – wiehed dwar il-Qaddejja tÁlla Madre Margerita Debrincat u l-iehor dwar Dun Mikiel Attard.  L-Isqof heggeg lil dawk prezenti biex jiehdu b`impenn il-formazzjoni nisranija u l-hajja tat-talb u ghalhekk importanti li jfittxu li jiehdu sehem f’xi gruppi ta talb u formazzjoni biblika bhalma joffri l-grupp Mater Dei. Billi l-mixja tal-qdusija tehtieg l-ghajnuna tal-Ewkaristija, l-Isqof fisser l-apprezzament tieghu ghal fatt li xi snin ilu, annesa ma din l-istess knisja, il-Kan Karm Borg fetah kappella tal-adorazzjoni perpetwa li hija hafna mfittxija mill-familji tal-emigranti li joqghodu fil-West suburbs. Billi f’din il-knisja ta St. Peter Channel, hemm l-istatwa ta Satan Marija li kull sena issirilha festa, l-Isqof Grech fakkar fl-Assunta li hija t-titular tas-Santwarju Ta Pinu f’Ghawdex u qal li l-Madonna hija l-mudell ghal dawk kollha li jridu jaghmlu l-passagg minn din id-dinja ghal ghand il-Missier fejn in-nisrani jilhaq il-milja tal-qdusija.
Billi dalghodu waslet l-ahbar li miet missier l-Arcisqof ta Malta l-E.T. Pawlu Cremona, l-Isqof Grech talab l-gemgha prezenti biex tinghaqad mieghu f’talba ta suffragju ghar-ruh Guzeppi Cremona.
Laqgha socjali mas-sacerdoti Maltin f’Victoria
Numru sabieh ta sacerdoti u religjuzi li huma mpenjati f’hidmiet pastorali fl-istat ta Victoria iltaqghu mal-Isqof Grech fil-parrocca ta San Guzepp Haddiem, North Reservoir.  Ghal din il-laqgha kienu presenti ukoll l-E.T. Mons Vincent Long, isqof awziljarju ta Melbourne u Fr Berk li huwa direttur tal-Ministry for Priets f’Melbourne. Matul din il-laqgha, l-Isqof Grech kellu l-opportunita li jiddiskuti diversi temi pastorali ma dawn is-sacerdoti li uhud minnhom ilhom snin twal afdati b’xi minister fi hdan il-komunitajiet parrokkjali ta Melbourne u madwar.
Fost dwak prezenti kien hemm Fr Indri Camilleri, kappillan tal parrocca ta Thomastown, Fr. Frank Buhagiar Kappillan ta parrocca f’Werribee, Fr. Raymond Bugeja kappillan ta West Preston, Fr. Emanuel Bonello kappillan ta North Reservior, Patri Victor Bonello ofm conv., Mons Beneditt Camilleri u Fr Edwin Agius, Fr Dennis Carabott, Fr Noel Bianco, Bro Joe Pantalleresco ilkoll membri tas-Socjeta Misjunarja ta San Pawl, Fr Robert Galea, Fr. Victor Farrugia, Fr Domenic Degiorgio, Kan Karm Borg u s-Sem. Andrew Sciberras Jr.

Zjara lil xi familji
L-Isqof Grech kompla biz-zjajjar lil xi familji tal-emigranti.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2011/10/28/iz-zjara-tal-isqof-grech-fl-awstralja-komunikat-n24/

URLs in this post:
[1] Flash Player: http://www.macromedia.com/go/getflashplayer
[2] a browser with Javascript support: http://www.mozilla.com/firefox/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.