24 ta’ Ottubru 2011
Komunikat lill-mezzi tax-xandir
Ilkoll smajna bil-mewt ta’ missier Mons Arċisqof Pawlu Cremona OP. Għalhekk nixtieq f’isem Mons Isqof Mario Grech, f’ismi, f’isem il-Kleru u l-Komunità tal-Knisja f’Għawdex infisser il-kondoljanzi tagħna lil Mons Arċisqof u lil dawk li huma mnikkta bil-mewt ta’ persuna għażiża għalihom.
Nirrikmanda r-ruħ tal-mejjet Joseph M Cremona għat-talb tagħkom ilkoll.
Mill-Kurja tal-Isqof, ir-Rabat, Għawdex,
Mons Giovanni B Gauci
Vigarju Ġenerali