Archive for June, 2011

50 sena mill-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex

GĦAWDEX FIL-QAFAS NAZZJONALI

Diskors tal-Isqof Mario Grech
Seminar fl-okkażjoni tal-50 Sena tal-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex
Kempinski Hotel, San Lawrenz – It-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2011

Il-fatt li ħamsin sena ilu f’Għawdex, bl-Ordinanza No. XI tal-14 ta’ April 1961, twaqqaf il-Kunsill Ċiviku, fost ħwejjeg oħra jgħidilna li nofs ta’ seklu ilu grupp ta’ Għawdxin sarrfu l-imħabba tagħhom lejn gżiritna mhux fi tpaċpiċ vojt imma f’azzjoni konkreta. Huma mhux biss irnexxielhom jikkonvinċu lill-Awtoritajiet Ċentrali biex joħolqu struttura li, għalkemm tieħu ħsieb l-interessi tal-Għawdxin bħala reġjun, tkun parti mill-qafas istituzzjonali ta’ pajjizna, imma rnexxielhom ukoll jinvolvu lill-poplu Għawdxi f’dan il-proġett. B’dan il-pass, mingħajr ma ħolqu diviżjoni fuq livell nazzjonali, huma kebbsu sens patrijottiku b’rispett dovut lejn Għawdex – reġjun li għandu l-karatteristiċi ġeografiċi, etnoloġiċi, ekonomiċi, reliġjużi u storiċi tiegħu!

Continue reading >>

Mons Isqof dwar l-evanġelizzazzjoni tal-ekonomija

EVANĠELIZZAZZJONI TAL-EKONOMIJA U L-ĠID MATERJALI

Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Festa f’ġieħ Sant’Antnin ta’ Padova
Komunità tal-Franġiskani Minuri, Għajnsielem – Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2011

Il-Vangelu ta’ Ġesù Kristu għandu qawwa li jibdel lill-bniedem u lis-soċjetà! Meta l-Vanġelu nilqgħuh b’mod sħiħ u awtentiku, dan isir għajn ta’ tiġdid veru li jixraq lid-dinjità tal-bniedem. Sant’Antnin ta’ Padova tant emmen fil-qawwa tal-evanġelizzazzjoni li sar magħruf bħala Doctor Evangelicus.

Continue reading >>

Messaġġ tal-Isqfijiet wara r-Referendum

Messaġġ tal-Isqfijiet wara r-Referendum dwar id-Divorzju

Għadna kemm għaddejna mir-Referendum Konsultattiv dwar id-dħul tad-Divorzju f’pajjiżna. Aħna qed nippubblikaw din in-nota qabel ma sirna nafu r-riżultat tar-referendum. Xtaqna li din ir-riflessjoni tagħna tkun indipendenti mir-riżultat. Din id-darba, dan ir-riżultat tar-Referendum mhux il-għan li rridu nilħqu, iżda l-punt ta’ tluq ta’ sforz kbir u nvestiment tal-Knisja u tal-pajjiż tagħna favur iż-żwieġ u l-familja. Continue reading >>