Published on January 17, 2011
in 2010.
FIL-ĠRAJJA TAL-MILIED ALLA U L-BNIEDEM JILTAQGĦU FLIMKIEN
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Pontifikal tal-Lejl tal-Milied
Knisja Katidrali – Is-Sibt 25 ta’ Diċembru 2010
Il-qalb tal-bniedem tixtieq lil Alla
Il-lejl tal-Milied huwa lejl illi fina joħloq ċerta nostalġija. Ma ngħidx nostalġija mnebbħa mir-rakkont poetiku li għadna kif smajna tat-twelid ta’ Ġesù f’Betlem; imma ngħid nostalġija taċ-ċkunija tagħna meta ta’ tfal konna niċċelebraw il-Milied. Imma, jiena ngħid illi l-Milied illum, forsi b’mod inkonxju, joħloq fina nostalġija oħra, speċjalment meta nikkunsidra li l-qalb umana, allura l-qalb tiegħi u l-qalb tiegħek, hija qalb mimlija bl-imħabba u bit-tradimenti, qalb mimlija b’kuraġġ u bil-biża’, qalb mimlija biċ-ċertezzi u fl-istess ħin mimlija dubji! F’mumenti bħal dawn, jekk irridu nkunu sinċieri, żgur li fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna hemm nostalġija – imma issa mhux nostalġija għal meta konna tfal, imma għal dak li huwa tajjeb, veru u sabiħ. Bir-raġun ninġabru madwar it-tarbija ta’ Betlem, għaliex din in-nostalġija profonda u eżistenzjali hija wkoll nostalġija għal Alla. Forsi aħna stess m’aħniex konxji li fina hemm din ix-xewqa għal Alla. Continue reading >>
B’niket inħabbru l-mewt tal-Kanonku Dekan Anton Buttigieg min-Nadur, Għawdex. Dun Anton miet illejla. Huwa twieled fl-1921. Propju lbieraħ Dun Anton iċċelebra għeluq id-90 sena tiegħu. Dun Anton ġie ordnat saċerdotfil-31 ta’ Mejju 1947.
Il-funeral tiegħu se jsir għada t-Tnejn 17 ta’ Jannar 2011. Il-quddiesa praesente cadavere ssir fl-4.30pm fil-Bażilika tan-Nadur, u titmexxa mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech.
Nitolbu lill-Mulej jagħtih il-premju tas-Sema. RIP.
Published on January 15, 2011
in 2011.
IL-KONĊILJU VATIKAN II JISPIRA L-ĦIDMA PASTORALI TAL-KNISJA LOKALI LLUM
Laqgħa tal-Awguri tas-Sena Ġdida
Diskors ta’ Mons Isqof Mario Grech lis-Saċerdoti
Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Rabat, Għawdex – Is-Sibt 8 ta’ Jannar 2011
Il-Knisja lokali fid-dinja tal-lum
Madwarna ninnutaw ċerti ġrajjiet li kontinwament qed jinterrogawna dwar x’sens fiha l-ħajja!
Il-fenomenu tad-droga, mifrux sewwa fost iż-żgħażagħ fil-gżira tagħna, jixhed li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha vojt eżistenzjali u r-rikors għad-droga huwa tentattiv biex dawn isibu tweġiba. L-akkaniment għax-xogħol, anke b’detriment għall-kwalità tar-relazzjonijiet familjari, barra li f’xi każi jista’ jkun konsegwenza tal-isforz li wieħed ikollu jagħmel biex ikun jista’ jaffronta l-piżijiet ekonomiċi li qed toħloq soċjetà li kull ma jmur donna qed titlef ir- “ruħ soċjali” tagħha, f’xi kazi huwa wkoll sintomu ta’ soċjetà li aktar hija ffukata fuq it-tkattir tal-ġid materjali milli fuq dak li jgħin lill-persuna tistagħna umanament, spiritwalment u kulturalment. Ikun dnub gravi jekk bħala Knisja nitilfu din l-opportunità li qed tagħfas fuqna kemm bħala saċerdoti kif ukoll bħala ċittadini – għax li bħala Kristjani ngħinu lill-bniedem jagħti tifsira lil ħajtu, dan mhux biss ikun kisba spiritwali imma wkoll soċjali. Continue reading >>
Published on January 12, 2011
in 2010.
One year from the earthquake of 12th January 2010, Haiti is still reeling from the devastating experience which has since been followed up by a sever hurricane and a cholera epidemic. The earthquake killed 250,000 people and destroyed much of the housing and infrastructure in Port au Prince.
Caritas Internationalis responded swiftly and within 72 hours of the earthquake, a team of more than 20 international staff from Caritas organisations in Latin America, Africa, Oceania and Europe had assembled in Port au Prince to lend their assistance and solidarity to Caritas Haiti and the local Church as they scaled up to respond to the disaster.
Continue reading >>
Published on January 12, 2011
in 2010.
Kmieni dal-lejl, l-Erbgħa 12 ta’ Jannar 2011, tħabbret il-mewt ta’ Mons Ġużeppi Zerafa minn Għajnsielem. Mons Zerafa twieled fl-1938, u kien ordnat saċerdot fil-25 ta’ April 1965. Bejn l-1981 u l-2006 huwa qeda l-ministeru saċerdotali bħala Arċipriet tal-Parroċċa Madonna ta’ Loreto, f’Għajnsielem.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar. Fit-3.00pm jitlaq korteo funebri mill-Knisja l-Qadima għall-Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem, fejn fit-3.30pm Mons Isqof Mario Grech imexxi konċelebrazzjoni praesente cadavere.
Nitolbu għalih biex il-Missier tas-Sema jilqgħu fost il-ġemgħa ferrieħa tal-qaddisin.
Published on January 9, 2011
in 2011.
Il-Knisja lokali fid-dinja tal-lum
Madwarna ninnutaw ċerti ġrajjiet li kontinwament qed jinterrogawna dwar x’sens fiha l-ħajja!
Il-fenomenu tad-droga, mifrux sewwa fost iż-żgħażagħ fil-gżira tagħna, jixhed li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha vojt eżistenzjali u r-rikors għad-droga huwa tentattiv biex dawn isibu tweġiba. L-akkaniment għax-xogħol, anke b’detriment għall-kwalità tar-relazzjonijiet familjari, barra li f’xi każi jista’ jkun konsegwenza tal-isforz li wieħed ikollu jagħmel biex ikun jista’ jaffronta l-piżijiet ekonomiċi li qed toħloq soċjetà li kull ma jmur donna qed titlef ir- “ruħ soċjali” tagħha, f’xi kazi huwa wkoll sintomu ta’ soċjetà li aktar hija ffukata fuq it-tkattir tal-ġid materjali milli fuq dak li jgħin lill-persuna tistagħna umanament, spiritwalment u kulturalment. Ikun dnub gravi jekk bħala Knisja nitilfu din l-opportunità li qed tagħfas fuqna kemm bħala saċerdoti kif ukoll bħala ċittadini – għax li bħala Kristjani ngħinu lill-bniedem jagħti tifsira lil ħajtu, dan mhux biss ikun kisba spiritwali imma wkoll soċjali.
Continue reading >>