- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Titħabbar il-mewt ta’ Mons Ġużepp Zerafa

Posted By admin On January 12, 2011 @ 11:11 pm In 2010 | No Comments

[1] zerafa-joseph.jpgKmieni dal-lejl, l-Erbgħa 12 ta’ Jannar 2011, tħabbret il-mewt ta’ Mons Ġużeppi Zerafa minn Għajnsielem. Mons Zerafa twieled fl-1938, u kien ordnat saċerdot fil-25 ta’ April 1965. Bejn l-1981 u l-2006 huwa qeda l-ministeru saċerdotali bħala Arċipriet tal-Parroċċa Madonna ta’ Loreto, f’Għajnsielem.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar. Fit-3.00pm jitlaq korteo funebri mill-Knisja l-Qadima għall-Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem, fejn fit-3.30pm Mons Isqof Mario Grech imexxi konċelebrazzjoni praesente cadavere.

Nitolbu għalih biex il-Missier tas-Sema jilqgħu fost il-ġemgħa ferrieħa tal-qaddisin.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2011/01/12/tithabbar-il-mewt-ta-mons-guzepp-zerafa/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/misc-pictures/zerafa-joseph.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.