Titħabbar il-mewt ta’ Mons Ġużepp Zerafa

zerafa-joseph.jpgKmieni dal-lejl, l-Erbgħa 12 ta’ Jannar 2011, tħabbret il-mewt ta’ Mons Ġużeppi Zerafa minn Għajnsielem. Mons Zerafa twieled fl-1938, u kien ordnat saċerdot fil-25 ta’ April 1965. Bejn l-1981 u l-2006 huwa qeda l-ministeru saċerdotali bħala Arċipriet tal-Parroċċa Madonna ta’ Loreto, f’Għajnsielem.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar. Fit-3.00pm jitlaq korteo funebri mill-Knisja l-Qadima għall-Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem, fejn fit-3.30pm Mons Isqof Mario Grech imexxi konċelebrazzjoni praesente cadavere.

Nitolbu għalih biex il-Missier tas-Sema jilqgħu fost il-ġemgħa ferrieħa tal-qaddisin.

0 Responses to “Titħabbar il-mewt ta’ Mons Ġużepp Zerafa”


  1. No Comments

Leave a Reply