- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET MALTIN

Posted By admin On December 28, 2010 @ 11:45 am In 2010 | Comments Disabled

[1] bishop-joseph-gech2.jpgFtit siegħat ilu waslet l-aħbar li l-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof Joe Grech, Isqof ta’ Sandhurst fl-Awstralja, temm il-missjoni tiegħu fuq din l-art u mar jingħaqad ma’ Kristu Rxoxt fid-Dar tal-Missier.
L-Isqof Joe Grech li huwa mill-Arċidjoċesi ta’ Malta, għal ħafna snin wettaq il-missjoni tiegħu bħala saċerdot u bħala isqof fl-Awstralja kemm għall-emigranti Maltin f’dak il-kontinent, kif ukoll għall-poplu t’Alla fl-Awstralja fdat f’idejh.
L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex flimkien mal-Kleru u mar-Reliġjużi u l-Lajċi li tant drabi l-Isqof Grech saħħaħ bix-Xandir tal-Kelma, b’sens qawwi ta’ fidi u tama, jingħaqdu fit-talb f’dan il-mument speċjali mal-familja tal-Isqof Grech, mal-aħwa tiegħu fl-Episkopat fl-Awstralja, mal-Kleru, Reliġjużi u Lajċi fid-Djoċesi ta’ Sandhurst u ma’ dawk kollha li f’ħajtu gawdew mill-ħidma pastorali tiegħu.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2010/12/28/messagg-mill-isqfijiet-maltin-2/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/misc-pictures/bishop-joseph-gech2.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.