Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fit-3 ta’ Diċembru, ċelebrata minn Dun Renato Borg (li għamel tant snin bħala segretarju u asistent personali tal-Isqof Nikol Cauchi). L-intenzjoni se tkun bħala suffraġju għal ruħ Mons Cauchi li beda attivitajiet indirizzati għall professjonisti u waqqaf dan il-moviment – u baqa’ responsabbli tiegħu sal-aħħar.
Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria): fit-8.00pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament għalihom. Ikun hemm ukoll il-possibilta’ tal-Qrar minn kwarta qabel.
Ilkoll imħeġġa nieħdu sehem: okkażjoni biex nerġgħu nesprimu r-ringrazzjament tagħna.