Ħatra ġdida għal Mons Joe Vella Gauci

profile_jvg_028.jpgIl-COMECE (Commission of the Bishop’s Conferences of the European Community) ħatret lil Mons Joe Vella Gauci bħala membru tas-Segretarjat tagħha fil-kwalita tiegħu bħala espert dwar materja ta liberta religjuza u relazzjonijiet internazzjonali.  Din il-ħatra saret fuq rakkomandazzjoni ta l-Isqof Mario Grech u wara li Mons Vella Gauci qagħad ghal  process ta l-għazla flimkien ma kandidati oħra.

Fost il-ħidmiet marbuta ma dan l-ufficcju, hemm il-monitoragg, analiżi u kontribuzzjoni  ta  policies ta l-istituzzjonijiet Ewropej dwar dak li għandu x’jaqsam mad-dritt tal-liberta religjuza. (Aktar taghrif dwar il-hidma ta dan l-ufficcju tinsab fin-nota annessa).
Mons Vella Gauci, li bejn 1996 u 2006 kien Arċipriet tal-parroċċa tal-Katidral, specjalizza fi studji relatati ma’ dan il-qasam. Huwa ser jidħol f’dan l’ufficcju fl- 1 ta’ Ottrubru li gej.
L-Isqof Mario Grech huwa rapprezentant tal-Konferenza Episkopali Maltija fi ħdan il-COMECE.