Published on September 29, 2010
in 2010.
Il-COMECE (Commission of the Bishop’s Conferences of the European Community) ħatret lil Mons Joe Vella Gauci bħala membru tas-Segretarjat tagħha fil-kwalita tiegħu bħala espert dwar materja ta liberta religjuza u relazzjonijiet internazzjonali. Din il-ħatra saret fuq rakkomandazzjoni ta l-Isqof Mario Grech u wara li Mons Vella Gauci qagħad ghal process ta l-għazla flimkien ma kandidati oħra.
Fost il-ħidmiet marbuta ma dan l-ufficcju, hemm il-monitoragg, analiżi u kontribuzzjoni ta policies ta l-istituzzjonijiet Ewropej dwar dak li għandu x’jaqsam mad-dritt tal-liberta religjuza. (Aktar taghrif dwar il-hidma ta dan l-ufficcju tinsab fin-nota annessa).
Mons Vella Gauci, li bejn 1996 u 2006 kien Arċipriet tal-parroċċa tal-Katidral, specjalizza fi studji relatati ma’ dan il-qasam. Huwa ser jidħol f’dan l’ufficcju fl- 1 ta’ Ottrubru li gej.
L-Isqof Mario Grech huwa rapprezentant tal-Konferenza Episkopali Maltija fi ħdan il-COMECE.
Published on September 29, 2010
in Newsheets.
Niżżel in-newsheet mill-link ta’ hawn taħt
Published on September 27, 2010
in 2010.
Meta dalgħodu (is-Sibt 25 ta’ Settembru 2010) fiċ-Ċentru ta’ Kana, Victoria, Għawdex, l-Isqof Mario Grech ikkonkluda Seminar organizzat mill-Kummissjoni Familja tad-djoċesi t’Għawdex għall-koppji li qed iwettqu ħidma pastorali fil-parroċċi mal-għarajjes u l-familji, huwa wassal dan il-messaġġ:
“In-nuqqas ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin hieles qed ikun kawża ta’ problemi fil-ħajja tal-koppji u tal-familji. Il-kompetizzjoni tas-suq u l-mira li jinkiseb il-profitt massimu qed iwasslu biex mhux biss ikunu ssagrifikati d-drittijiet tal-ħaddiem, imma wkoll id-drittijiet tal-familja! Mhux biss dejjem qed jitnaqqar il-ħin liberu li wieħed jista’ jiddedika għall-familja, imma xi drabi hemm fostna imprendituri li jorganizzaw huma stess il-ħin liberu tal-ħaddiema tagħhom b’mod u manjiera li jfixklu l-ħajja taż-żwieġ u l-familja!
Continue reading >>
Published on September 21, 2010
in 2010.
Meta nhar is-Sibt filgħodu, 18 ta’ Settembru 2010 sar il-ftuħ u t-tberik tal-fergħa tal-APS Bank fir-Rabat Għawdex, l-Isqof Mario Grech għamel dan id-diskors:
“Huwa fatt pożittiv ħafna li l-bank APS, meta qed ifakkar l-ewwel mitt sena tiegħu, fetaħ mill-ġdid il-fergħa tiegħu f’Għawdex wara ħidma estensiva ta’ ristrutturazzjoni. Din il-fergħa tfisser il-preżenza tal-APS fil-gżira t’Għawdex u l-interess tal-bank biex jindirizza l-issues partikulari tal-gżira Għawdxija.
Fuq livel nazzjonali, il-bank APS, barra li qed jagħti servizzi finanzjarji li jġibu ’l quddiem l-interessi tal-klijenti u l-ekonomija tal-pajjiż, huwa kommess li jsaħħaħ il-bażi etika fl-attività bankarja. Din il-viżjoni tal-APS tagħmel ħafna sens speċjalment meta wieħed iqis dak li jgħid il-Papa Benedettu XVI li kull deċiżjoni ekonomika għandha l-konsegwenzi morali tagħha. Infatti, minħabba n-nuqqas ta’ pedament etiku sod, dan l-aħħar l-attività ekonomika għabbiet lil miljuni ta’ nies b’diffikultajiet kbar!
Continue reading >>
Published on September 21, 2010
in 2010.
Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fl-1 ta’ Ottubru, ċelebrata minn Dun Geoffrey G Attard.
Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament għalihom. Ikun hemm ukoll il-possibilta’ tal-Qrar minn kwarta qabel.
Mill-5 ta’ Novembru, il-ħin ikun nofs siegħa qabel: fit-8pm.
Published on September 9, 2010
in 2010.
MARIJA SINJAL TA’ FIDI, TAMA U MĦABBA
Il-ġrajjiet riċenti
Fis-sema ċar u kaħlani li jħabbar il-Festa tal-Vittorja u jistieden lill-bniedem jiftaħ għajnejh biex iserraħhom fuq il-ġmiel ta’ Marija Bambina, dalgħodu ma nistax ma nilmaħx fdal mid-daħna li għaddiet minn fuq gżiritna nhar il-Ħadd li għadda meta tieret il-kamra tan-nar – traġedja umana li ħasditna lkoll!
Forsi qatt daqs f’dawn il-jiem, meta l-poplu Għawdxi jinsab f’dieqa għall-qerda ta’ sitt persuni, ma stajna nduqu d-dieqa ta’ ħutna Maltin u Għawdxin li fiż-żewġ assedji raw il-mewt taħsad il-ħajjiet umani.
Continue reading >>
Published on September 7, 2010
in 2009.
At the service of Conscience
by
Bishop Mario Grech
Our future depends on the human capacity to choose between what is good and what is bad, between truth and falsity. Woe to that society which endorses as good that which is bad!
Although material and scientific progress is a formidable gain, moral illiteracy can turn this progress into a destructive force against humanity.
Along the years, human beings have achieved greater freedom through the attainment of many civil rights. But if this freedom is severed from truth, it becomes just a license to act according to individual whims, trampling on others’ rights.
The antidote against this pernicious threat is the cultivation of one’s moral conscience. Although the exercise to foster a true and upright conscience is difficult and delicate yet it is a necessary process. Since conscience is the helm that gives direction to life, it would be a great pity for the citizen and for society if conscience becomes sick, persists in error and more gravely, loses its sensibility.
Continue reading >>
Published on September 1, 2010
in 2010.
When on Sunday 31st October, H.L. Mgr Mario Grech, spoke about human sexuality he said that, “our educational system could be abusing the students if instead of helping them to control their sexual energy, it offers them information and methods, such as contraceptives, inducing them to give in to the culture of pleasure”. Since some have misinterpreted the above statement, it is pertinent to point out that:
When the Bishop stated that “our educational system should help our students to control their sexual energy”, it should not be taken to mean that he is against sexual education in se, but only that sexual education should be put in its proper context, or a holistic approach, which includes the ethical dimension.
Continue reading >>