- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Il-Bxara t-tajba dwar iż-żwieġ u l-familja

Posted By admin On August 13, 2010 @ 1:19 pm In 2010 | Comments Disabled

The [1] Flash Player and [2] a browser with Javascript support are needed..

Għadd kbir ta’ familji lbieraħ, l-Erbgħa 11 ta’ Awwissu, inġabru fis-Santwarju Ta’ Pinu biex flimkien mal-Isqof Mario Grech isellmu lill-Madonna bit-talba tar-Rużarju. Fi tmiem it-talba saret il-konsagrazzjoni tal-familji lill-Madonna.

F’messaġġ li għamel f’din l-okkażjoni, l-Isqof Grexċh għamel sejha lill-familji biex fiċ-ċirkustanzi li għaddejja minnhom il-familja f’pajjizna, huma jersqu għand Kristu li għandu bxara tajba dwar iż-żwieġ u l-familja.  Għal Kristu, iż-żwieġ huwa esperjenza umana tant densa u sabiħa, li Hu għolla ż-żwieġ naturali għal sagrament li jagħti l-grazzja lill-mizzewġin. Il-kelma tal-Vanġelu kif imfissra mill-Knisja hija gwida u għajnuna għal dawk il-miżżewġin u l-familji li qed jiffaċċjaw xi problema. Il-miżżewġin Insara huma msejħa biex bħas-Sammaritan it-tajjeb ifejqu l-ġrieħi, jagħmlu l-qalb u jwieżnu lil min qed isib diffikultà biex jerfa’ r-responsabiltajiet taż-żwieġ u l-familja.


It-talb fil-familja huwa riżorsa qawwija ħafna għax jgħin lill-membri jinfetħu għal Alla u għal xulxin. Tkun ħaġa f’waqtha jekk fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, il-familji jġeddu l-impenn tagħhom li jgħidu r-Rużarju flimkien fil-familja.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2010/08/13/il-bxara-t-tajba-dwar-iz-zwieg-u-l-familja/

URLs in this post:
[1] Flash Player: http://www.macromedia.com/go/getflashplayer
[2] a browser with Javascript support: http://www.mozilla.com/firefox/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.