- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Proġett ta’ Dar Ġużeppa Debono fost l-istudenti jħalli l-frot

Posted By admin On July 6, 2010 @ 7:00 pm In 2010 | Comments Disabled

[1] [Show as slideshow]

Nhar it-Tnejn 28 ta’ Ġunju 2010, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech qassam lil xi studenti bniet Għawdxin ċertifikati għas-sehem tagħhom fil-programm Spiritual Adoption, imniedi minn Dar Ġużeppa Debono fl-aħħar sentejn bħala proġett pilota fl-iskola sekondarja tal-bniet tal-Konservatorju ta’ l-Isqof, ir-Rabat, Għawdex.

Numru sabiħ ta’ studenti li jinsabu fit-tielet sena tas-sekondarja ħadu sehem f’dawn il-“lezzjonijiet” speċjali tul is-sena skolastika li għadha kemm ġiet fi tmiemha, li fihom ġew imħeġġa japprezzaw iżjed il-valur tal-ħajja sa mit-tnissil billi jaddottaw “spiritwalment” tarbija li tkun għadha fil-ġuf, u waqt li jsegwu mill-qrib u jitgħallmu fuq il-proċess tat-tqala, jitolbu għat-tarbija “tagħhom” li jkunu tawha isem.

Dan l-esperiment, li s’issa tħaddem biss f’din l-iskola, hemm il-ħsieb li ’l quddiem jiġi introdott f’bosta skejjel oħra f’Malta u Għawdex, bħala mod ġdid kif Dar Ġużeppa Debono tipprova twassal formazzjoni sana favur il-ħajja lill-istudenti tagħna.  Id-Dar din is-sena qed tagħlaq ħamsa u għoxrin sena mit-twaqqif tagħha.

Fiċ-ċerimonja ħelwa ta’ nhar it-Tnejn, li nżammet fil-għodu fl-istess Dar Ġużeppa Debono f’Għajnsielem, Mons. Grech kellu kliem ta’ tifħir għal inizjattivi bħal dawn li jfittxu li jiffurmaw lil uliedna fil-qasam tal-ħajja u jikkumbattu ċerti ideat moderni li jridu jkissru l-valuri tradizzjonali tal-familja.

(Ritratti: Jason Joe Farrugia)


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2010/07/06/progett-ta%e2%80%99-dar-guzeppa-debono-fost-l-istudenti-jhalli-l-frot/

URLs in this post:
[1] [Show as slideshow]: http://gozodiocese.org/2010/07/06/progett-ta%e2%80%99-dar-guzeppa-debono-fost-l-istudenti-jhalli-l-f
rot/print/?page=1894&show=slide

[2] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/darguzeppabajada_2010/Mons.%20Isqof%20ikellem%20lill-istud
enti..JPG

[3] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/darguzeppabajada_2010/Mons.%20Isqof%20jipprezenta%20c-cert
ifikati..JPG

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.