Archive for July 6th, 2010

Proġett ta’ Dar Ġużeppa Debono fost l-istudenti jħalli l-frot


Nhar it-Tnejn 28 ta’ Ġunju 2010, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech qassam lil xi studenti bniet Għawdxin ċertifikati għas-sehem tagħhom fil-programm Spiritual Adoption, imniedi minn Dar Ġużeppa Debono fl-aħħar sentejn bħala proġett pilota fl-iskola sekondarja tal-bniet tal-Konservatorju ta’ l-Isqof, ir-Rabat, Għawdex.

Numru sabiħ ta’ studenti li jinsabu fit-tielet sena tas-sekondarja ħadu sehem f’dawn il-“lezzjonijiet” speċjali tul is-sena skolastika li għadha kemm ġiet fi tmiemha, li fihom ġew imħeġġa japprezzaw iżjed il-valur tal-ħajja sa mit-tnissil billi jaddottaw “spiritwalment” tarbija li tkun għadha fil-ġuf, u waqt li jsegwu mill-qrib u jitgħallmu fuq il-proċess tat-tqala, jitolbu għat-tarbija “tagħhom” li jkunu tawha isem.
Continue reading >>