- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

PELEGRINAĠĠ LEJN GĦAWDEX BIL-KWADRU TAL-MADONNA TA’ PINU

Posted By admin On April 21, 2010 @ 11:56 am In 2010 | Comments Disabled

Għal-okkażżjoni taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta inġieb Malta l-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu li kien espost fuq il-Fosos tal-Furjana għall-quddiesa li ċċlebra l-Papa fuq il-Fossos tal-Furjana.   Fit-tmiem ta’ din iċ-ċelebrazzjoni l-Papa Benedittu XVI assistit mill-Isqof Mario Grech u l-Arcisqof Pawlu Cremona resaq quddiem il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu u poġġa warda tad-deheb li huwa irregala b’tikira taż-żjara tiegħu fostna..

Minn fuq il-Fossos tal-Furjana l-kwadru ittieħed f’pelegrinaġġ lejn il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt għal qima ta’ l-insara fejn illum l-Erbgħa 21 ta’ April 2010 fis-6.30 p.m. ser issir quddiesa kon`elebrata immexxija minn Mons Isqof Mario Grech.

Għada l-Ħamis 22 ta’ April 2010,  fl-10.00 a.m. issir purċissjoni bil-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu mis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu  fil-Belt għal-Bieb il-Belt bis-sehem tal-parroċċi tal-Belt.  Minn hawnhekk il-kwadru jittiehed f’carcade’ lejn il-Knisja Parrokjali tal-Mosta.   Fis-6.30 p.m. ssir Velja ta’ Talb fl-istess Knisja u li ser tkun immexxija minn Mons Ar`isqof  Pawlu Cremona.

Matul il-jum tal-Gimgħa 23 ta’ April 2010 tfal minn diversi skejjel ta’ Malta ser jagħmlu l-pelegrinaġġ tagħhom lejn il-Knisja tal-Mosta fejn ser jsir talb għalihom f’riglejn il-Verġni Imbierka ta’ Pinu.

Il-qofol ta’ dan il-program jintlaħaq nhar il-Gimgħa filgħaxija meta il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu jitlaq mill-Mosta fit-3.00 pm akkumpanjat mill-Ar`isqof Pawlu Cremona u n-Nunzju Apostoliku għal Malta Mons. Tommasso Caputo. Mi`-Cirkewwa jitlaq fl-4.30 u jasal l-Imġarr fil-5.00pm. Jilqgħu l-Imġarr se jkun hemm l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech. Fl-Imġarr mal-wasla tal-Kwadru jsir diskors qasir u l-offerta ta’ bukkett fjuri mill-Isqof ta’ Għawdex. Il-parro“i kollha ta’ Għawdex huma mistiedn abiex jilqgħu lill-Kwadru f’postijiet differenti ta’ Għawdex kif indikat lilhom.

Il-kwadru jitwassal f’carcade quddiem il-kappella ta’ San Pupulju  minn fejn titlaq il-purċissjoni  għas-Santwarju ta’ Pinu.  Fil-Pjazza tas-Santwarju , għa-ħabta tas-6,30 pm ser issir kon`elebrazzjoni solenni  immexxija minn Mons Isqof Mario Grech, Mons Ar`isqof Pawlu Cremona u n-Nunzju Apostoliku Mons Tommasso Caputo.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2010/04/21/pelegrinagg-lejn-gawdex-bil-kwadru-tal-madonna-ta%e2%80%99-pinu/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.