Archive for April 10th, 2010

“Jeħtieġ iżda li naslu fi gżira” (Atti 27,26)
ITTRA PASTORALI FL-OKKAŻJONI TA’ L-EWWEL ŻJARA F’MALTA TAL-Q.T. IL-PAPA BENEDITTU XVI

 English Version (PDF)

Għeżież uliedna,Bħalma aħna dejjem emminna li n-nawfraġju u l-miġja tal-Appostlu Missierna San Pawl fostna ma seħħewx b’kumbinazzjoni, hekk illum inħossu li żjara pastorali fostna tal-Papa Benedittu XVI tistax tkun providenzjali għal pajjiżna.Lill-Maltin u lill-Għawdxin ta’ elfejn sena ilu Pawlu, permezz tal-predikazzjoni tiegħu u tal-waqfa tiegħu fil-gżejjer tagħna, laqqagħhom ma’ Ġesu’ Kristu u permezz tal-Evanġelju nissel it-tama nisranija fi qlubhom. Quddiem din iż-żjara tal-Papa fostna, u biex din il-ġrajja ma tkunx ċerimonjali biss, ikun tajjeb nieqfu u nistaqsu.  Fejn  qegħdin bħalissa fil-fidi tagħna u fiex qed jissarraf l-Evanġelju li rċevejna tant żmien ilu u li tul l-istorja sawwar l-identità u t-tradizzjonijiet tagħna? Aħna m’għandniex dubju li jekk niftħu qalbna għal din l-okkażjoni, jistax jkun għalina mument ta’ grazzja li jwettaqna u jsaħħaħna fil-fidi. Continue reading >>

Il-Maltin “biddlu l-ħsieb”
Messaġġ tal-Isqof Mario Grech fi tmiem il-pellegrinaġġ nazzjonali li sar ilbieraħ f’San Pawl il-Baħar

Għamilna dan il-pellegrinaġġ flimkien biex nirringrazzjaw lil Alla għall-fatt li 1950 sena ilu persuna straordinarja rifset fuq xtutna. Qed nirreferi għal San Pawl Missierna. Kien straordinarju għax kien ministru t’Alla u appostlu ta’ Ġesù Kristu! In-nawfraġju ta’ Pawlu f’pajjiżna kien l-okkażjoni biex din il-persuna straordinarja wasslitilna messaġġ straordimarju: il-Bxara t-Tajba ta’ Ġesù Kristu.

Fl-Atti tal-Appostli naqraw li meta l-Maltin laqgħu lil Pawlu u l-messaġġ tiegħu u indunaw b’din l-istraordinarjetà, “huma biddlu l-ħsieb” (Atti 28,6), fis-sens li bdew jirraġunaw b’mod differenti.

Continue reading >>