Nhar it-Tlieta 2 ta’ Marzu Mons Nikol Cauchi, Isqof Emeritu fakkar il-81 sena tiegħu permezz ta’ quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Knisja Ragħaj it-Tajjeb, Victoria. Għal din l-okkażjoni, huwa kien imsieħeb mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, mill-Vigarju Ġenerali Giovanni B Gauci u minn għadd ta’ saċerdoti, persuni kkonsagrati u lajċi. Fir-riflessjoni tiegħu waqt l-omelija, Mons Cauchi tkellem fuq il-ministeru tal-isqof, li minnu jipparteċipa wkoll is-saċerdot. L-isqof Cauchi radd ħajr lil dawk preżenti li qasmu miegħu din l-okkażjoni.