Nhar il-Ħadd 21 ta’ Marzu fl-10.00a.m. id-Direzzjoni ta’ Dar Ġużeppa Debono ser torganizza konferenza dwar in-”Napro Technology”, li hu metodu naturali tat-tnissil. Il-konferenza se ssir minn Dr Magaret Spiteri MD, u hi indirizzata għall-għarajjes, kif ukoll għall-miżżewġin li jixtiequ jew qed jistennaw tarbija. Il-konferenza ssir fis-sala ta’ quddiem il-kappella tal-Lunzjata. Wara l-konferenza l-koppji huma mistiedna jinġabru fil-Kappella tal-Lunzjata fejn issir Supplika li Ġesu’ inkarnat fil-ġuf ta’ Marija. Is-supplika titmexxa minn Mons Isqof Mario Grech. Wara jkun hemm quddiesa.
Search
Other Dioceses
Links
Friends of the Sick and |