Archive for March, 2010

Għoti tal-Ministeru tal-Lettorat

Ilbieraħ, il-Ħadd, 28 ta’ Frar 2010, Mons Isqof Mario Grech mexxa quddiesa li fiha ta l-ministeru tal-Lettorat llis-seminaristi Mark Bonello (Xagħra) u Daniel Grech (Kerċem). Il-quddiesa ġiet iċċelebrata fil-parroċċa ta’ Sannat.

Kultura li tagħti valur lill-ġisem uman

Nhar is-Sibt, 27 ta’ Frar, l-Isqof Mario Grech kien preżenti għall-ftuh u l-tberik tal-gym ġdid fl-iSports Complex tar-Rabat. F’messaġġ li għamel f’din l-okkażjoni, l-Isqof Grech qal:

“Id-domanda għal aktar faċilitajiet li joffru eżerċizzi fiżiċi hija pożittiva għax ifisser li qed tikber il-kultura li tagħti valur lill-ġisem uman! Għax jekk il-ġisem huwa b’saħħtu, il-bniedem ikun b’saħħtu. Imma l-bniedem m’hux ġisem biss, imma huwa ġisem u spirtu; u jekk l-ispirtu jkun għajjien jew marid, fiżikament il-bniedem lanqas ikun f’postu. Il-‘jien’ m’hux il-ġisem biss, imma l-ġisem huwa meħtieġ biex il-‘jien’ jesprimi lilu nnifsu u jikkomunika mal-ohrajn! Għalhekk huwa dmir morali tal-bniedem jieħu ħsieb tal-fiżiku tiegħu.

Il-ġisem tal-bniedem huwa dejjem ġisem: kemm meta wieħed ikun ta’ mezz’età, kemm jekk ikun anzjan, kif ukoll jekk ikun għadu kif tnissel fil-ġuf! Importanti l-konsistenza: jekk qed ninvestu f’aktar gyms għax inħossu l-bżonn li nikkuraw il-ġisem, imbagħad ma nistgħux niddeċiedu li neqirdu l-ġisem, la bl-abort u anqas bl-ewtanasja.

Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattolici - Marzu 2010

logonewsheet.jpg

F’ din il-ħarġa insibu tagħrif dwar Jum l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi, Żjajar fil-ħwienet u l-Kazin matul ir-Randan u l Kalendarju Pastorali ta’ Marzu 2010.

Niżżel in-newsheet mill-link ta’ hawn taħt