Published on February 16, 2010
in Randan.

Werrej Sussidju Randan 2010
1. Maħfra u Ndiema fit-Testment il-Qadim (Mons Lawrenz Sciberras)
2. Il-Maħfra tad-Dnubiet fit-Testment il-Ġdid (Mons Anton Mizzi)
3. Il-Liturġija tal-Kelma tal-Ħdud tar-Randan – Sena Ċ
4. Lectio Divina dwar il-Vanġeli tal-Ħdud tar-Randan – Sena Ċ (Dun Alex Refalo)
5. Velja ta’ Talb fil-bidu tar-Randan (www.qumran2.net)
6. Skemi għall-Eżerċizzi tar-Randan 2009 - Adulti (Dun Giovanni Curmi)
7. Skemi għall-Eżerċizzi tar-Randan 2009 – Tfal (Katekisti Parroċċa Kerċem)
8. Ċelebrazzjoni Penitenzjali (Dun Tonio Galea)
Niżżel is-Sussidju mill-link ta’ hawn taħt
Published on February 16, 2010
in 2010.
Eżerċizzi tar-Randan għaż-Żgħażagħ Għawdxin residenti Malta
Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ tistieden liż-żgħażagħ Għawdxin residenti Malta għall-eżerċizzi tar-Randan L-eżerċizzi se jkunu t-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis, 23, 24 u 25 ta’ Frar. Isiru fil-kappella tas-Sorijiet Franġiskani, Triq il-Ħriereb, Msida (qrib Msida Circus, in-naħa ta’ l-Imsida Skate Park). L-eżerċizzi jibdew fis-7.15p.m.
Lectio Divina għaż-Żgħażagħ
Matul is-Sibtijiet tar-Randan, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ tistieden liż-żgħażagħ Għawdxin għal mumenti ta’ riflessjoni u talb madwar il-Kelma ta’ Alla (Lectio Divina). Il-lectio divina tinżamm fis-sala tas-Seminarju, fit-8.30p.m. Dawn il-mumenti ta’ talb u riflessjoni jgħinuna nagħmlu l-mixja tar-Randan flimkien, u fl-istess waqt iservuna ta’ tħejjija għal-laqgħa li l-Papa se jagħmel maż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fiż-żjara tiegħu fostna f’April li ġej.

Fil-ħarġa ta’ din il-gimgħa ta’ the Maltese Herald, il-ġurnalist Għawdxi Charles Spiteri, jikteb fid-dettal dwar il-festa ta’ San Gwann Bosco li saret nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2010
Niżżel il-paġna dwar Għawdex mill-link ta’ hawn taħt