Uffiċċju Komunikazzjoni Soċjali
Kurja tal-Isqof
Rabat
Għawdex
5 ta’ Diċembru 2009
KISBIET KBAR B’RISQ IL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Persuni b’Diżabilità, l-Isqof Mons Mario Grech iċċelebra quddiesa fiċ-Ċentru Santa Marta fir-Rabat, Għawdex li jilqa’ fih persuni b’diżabilità. Għal din il-quddiesa kien preżenti l-President tar-Repubblika ta’ Malta l-E.T. Dr. George Abela. Fl-omelija l-Isqof qal:
Dawn l-aħħar snin is-soċjetà għamlet avvanz kbir fl-għarfien tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità. Id-day centre “Santa Marta” fir-Rabat, Għawdex huwa konferma tal-viżjoni politika li għandha s-soċjetà tagħna favur dawn il-persuni. Xorta waħda għad fadal kisbiet kbar x’isiru biex il-persuni diżabbli jiksbu dak li huwa tagħhom b’ġustizzja u mhux b’karità, u jkollna soċjetà inklussiva. Continue reading >>