- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Patri Joe Bonello OFM - Bijografija

Posted By admin On November 22, 2009 @ 5:54 pm In 2010 | Comments Disabled

[1] frjosebonello.jpg

Nhar it-Tnejn 22 ta’ Novembru 2010, il-Qdusija tiegħu Papa Benedittu XVI innomina lil Patri Joe Bonello OFM (Provinċja Franġiskana San Pawl Appostlu - Malta) bħala Isqof Koadjutur tad-djoċesi ta’ Juticalpa, Olancho, fil-Ħonduras.

Patri Joe Bonello OFM twieled ix-Xagħra, Għawdex, nhar l-4 t’April 1961, it-tielet minn erbat itfal tal-mibkija Victor u Nazzarena Sultana. Beda n-Novizzjat tiegħu mal-Patrijiet Franġiskani (OFM) fil-Kunvent ta’ Sant’Antnin, Għajnsielem, nhar it-2 t’Ottubru 1977. Għamel il-Professjoni temporanja nhar l-1 t’Ottubru 1978 u dik Solenni nhar it-28 t’Awissu 1983 fil-Knisja ddedikata lil Marija Bambina, ix-Xaghra. Wara li ġie ordnat Djaknu nhar id-29 ta’ Ġunju 1984 huwa kien ordnat saċerdot mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Ġużeppi Mercieca nhar is-7 ta’ Lulju 1985 fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann.

Patri Joe għamel l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja tax-Xagħra, fl-iskejjel Sekondarji tax-Xagħra, Victoria u l-Ħamrun. Studja l-Filosofija u t-Tejoloġija fl-INSERM (Istitut Nazzjonali Studji Ekkleżjastiċi għar-Reliġjużi Maltin).

Immedjatament wara l-ordinazzjoni saċerdotali wettaq il-ministeru tiegħu bħala Promotur Provinċjali tal-Vokazzjonjiet u Mastru tal-Postulanti. F’dan iż-żmien ukoll kien Definitur Provinċjali tal-Provinċja Franġiskana Maltija San Pawl Appostlu.

Minn Settembru 1989 huwa qeda l-ministeru tiegħu bħala missjunarju fl-Amerika Ċentrali, fil-parroċċa ta’ Santa Ana de La Libertad fid-Djoċesi ta’ Comayagua. Sar Kappillan ta’ din il-parroċċa wara tliet snin bħala Viċi. Fil-ġranet li ġejjin ser jitlaq lejn Olancho fid-Djoċesi ta’ Juticalpa fejn ġie maħtur bħala Isqof Koadjutur. F’din id-Djoċesi hemm ukoll Patri Albert Gauci OFM mill-Għargħur.

Matul dan iż–żmien fil-Missjoni huwa kien maħtur għal tliet darbiet bħala Kunsillier għall-Amerika Ċentrali tal-Fundazzjoni tal-Provinċja Franġiskana tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ New York. Nhar it-13 ta’ Novembru 2009  ġie nominat Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Comayagua mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Robert Camilleri OFM, Isqof ta’ Comayagua. Ta’ min jinnota li l-Isqof Camilleri kien l-ewwel Franġiskan li miegħu Patri Joe beda l-mixja vokazzjonali tiegħu, flimkien ma’ oħrajn, waqt laqgħat organizzati fil-Kunvent li l-Patrijiet Frangiskani għandhom f’Għajnsielem, Għawdex. L-Isqof Camilleri kien ukoll is-Surmast tan-Novizzjat meta Patri Joe kien novizz fil-Kunvent ta’ Sant’Antnin, Għawdex, kif ukoll wieħed mill-ewwel sħab li magħhom ħadem fil-missjoni flimkien ma’ Patri Angelo Falzon OFM.

Patri Joseph iddedika l-ħajja saċerdotali tiegħu għall-qadi tal-fidili fil-mixja tal-fidi tagħhom. Ħadem bla heda, b’mod sempliċi u konkret, b’risq id-dinjità tal-bniedem billi kien jippromwovi l-edukazzjoni, l-arti u l-formazzjoni fil-qasam tax-xogħol għaliex dejjem emmen u ħadem sabiex is-soċjetà tkun aktar umana u b’hekk tkun tista’ ssir aktar Nisranija.

Għażel bħala motto tiegħu l-frażi “Patientia Omnia Potest” (Is-sabar jista’ kollox), għaliex il-ħajja tgħallem li s-sabar huwa l-ogħla virtù biex twettaq il-ġid u tittama li tkun aħjar: “Xandar il-kelma, insisti f’waqtu u barra minn waqtu, ċanfar, widdeb, wissi, bis-sabar kollu u bit-tagħlim” (2Tim 4,2).
Father Joseph Bonello OFM
New Coadjutor Bishop of Juticalpa (Honduras)

Monday 22nd November, Pope Benedict XVI appointed Fr. Joseph Bonello OFM (Franciscan Province of Saint Paul the Apostle – Malta) Coadjutor Bishop of the Diocese of Juticalpa, Olancho, Honduras, until now Pastor of Santa Ana de La Libertad in the Diocese of Comayagua.

Fr. Joseph Bonello OFM was born on the 4th April 1961, in Xagħra, Gozo. Son of Victor and Nazzarena Sultana (both deceased), the third of four children he joined the Order of Friars Minor (Franciscans) on 2nd October 1977, made his Temporary Profession on 1st October 1978 and Solemn Profession on 28th August 1983. He was ordained deacon on 29th June 1984, and priest on 7th July 1985, by the imposition of hands of the then Archbishop of Malta, His Excellency Msgr. Joseph Mercieca.

Fr. Joseph studied at the Primary School of Xagħra and did his secondary education at Xagħra, Victoria and Ħamrun. He studied philosophy and theology at the National Institute of Ecclesiastical Studies of Maltese Religious (INSERM) in Ħamrun.

Immediately after ordination he served as Provincial Promotor of Vocations, Master of Postulants, and Provincial Definitor of the Franciscan Province of Saint Paul the Apostle in Malta. Since September 1989 he has been working as a missionary in Central America at the Parish of Santa Ana de La Libertad in the Diocese of Comayagua, first for three years as Assistant Pastor and later as Pastor. Nominated as  Coadjutor Bishop of Juticalpa, he will now be moving to Olancho, where there is Fr. Albert Gauci ofm, from Għargur.

During this time he was three times councilor for the Franciscan Foundation in Central America of the Immaculate Conception Province, New York. On the 13th November 2009, he was nominated by His Excellency Msgr. Bishop Robert Camilleri ofm, as Vicar General of the Diocese of Comayagua.  It is interesting to note that Bishop Camilleri was the first Franciscan with whom Fr. Joseph, together with others, started his vocational journey during meetings organized at the Francisca Friary at Ghajnsielem, Gozo and also one of his first companions with whom he worked in the mission together with Fr. Angelo Falzon ofm from Naxxar.

Fr. Joseph spent his priestly life accompanying the faithful in their faith promoting human dignity and sustaining education, art and formation of workers. His aim has been to forge a more human society so that it may become more Christian. He chose as motto for his new Ministry “Patientia Omnia Potest” (For Patience everything is possible) because experience has taught him that patience is the greatest virtue necessary to obtain what is good and aspire to what is better: “Preach the word; be prepared in season and out of season; correct, rebuke and encourage with great patience and careful instruction” (2Tim 4:2).


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2009/11/22/patri-joe-bonello-ofm-bijografija/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/misc-pictures/frjosebonello.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.