STQARRIJA MILL-KONFERENZA EPISKOPALI DWAR IL-LOGĦOB TAL-AZZARD

Bħala rgħajja spiritwali ta’ Malta u Għawdex aħna nixtiequ noffru lill-membri tas-soċjeta’ tagħna u lir-Rappreżentanti tagħna fil-Parlament, din ir-riflessjoni dwar il-Liberta’, b’mod speċjali issa meta qed tiġi diskussa r-regolamentazzjoni tal-Logħob tal-Azzard (Gambling) fil-gżejjer tagħna.
Il-logħob huwa meħtieġ għall-bniedem, għax barra li jgħinu biex jistrieħ mix-xogħol, jgħinu wkoll jitħallat mal-oħrajn. Infatti, għandu jhassibna l-fatt li llum ħafna m’għadhomx isibu ħin għal rikreazzjoni, partikolarment għal rikreazzjoni flimkien fejn wieħed jew waħda jkunu jistgħu jitkellmu, jiċċajtaw, jifirħu u jagħmlu festa ma’ xulxin.
Min-naħa l-oħra jħassibna wkoll il-fatt li x’uħud sabu ruħhom mkaxkrin fl-estremitaÏ             l-oħra għax għandhom il-vizzju tal-logħob. Fostna qed joktor b’ritmu allarmanti il-logħob tal-azzard. Dan il-logħob ifieri d-dinjitaÏ tal-peruna umana. Huwa logħob frott ta’ kultura li qed titlef is-sens veru tal-ħajja u tal-ħajja soċjali, kultura li qegħda tkejjel kollox bir-riga tal-profitt u trid tinċentiva biss dak li qed ikun imsejjaħ progress ekonomiku. Dan huwa logħob li joħloq dipendenzi ġodda li huma koroh daqs id-dipendenza mill-alkoħol u             d-droga. Meåta l-bniedem jitlef il-kontroll fuqu nnifsu u jidħol f’dipendenza, dak il-logħob isir inuman u mmorali.
Spiss jiġri li min hu b’saħħtu ekonomikament jistagħna fuq min hu dgħajjef. Liġi tkun verament demokratika meta tipprova tħares il-liberta’ vera tal-membri kollha tal-komunita’. Is-soċjeta tkun taqdi iktar il-liberta meta tillimita l-liberta bla razan ta min hu b’sahhtu li jekk tibqa mingħajr kontroll tista twassal għal qerda ta’ min hu dgħajjef. Kif diġa semmejna, fil-każ tal-logħob tal-ażżard aktarx li l-liberta’ tal-persuna tkun diġa mhedda mill-jasar tad-dipendenza. Fil-każ ta’ danni fiżiċi, il-liberta’ żbaljata ta’ min hu f’saħħtu, tiġi mrażżna mil-liġi biex jiġi mħares id-dgħajjef. Dan il-prinċipju għandu jgħodd ukoll għal diversi ħwejjeġ oħra, bħalma huma l-isfruttar tal-mara f’xi postijiet tad-divertiment, l-abbuż fl-alkoħol, l-użu tad-droga u l-logħob tal-ażżard.
Wieħed irid joqgħod attent biex ma jkunx hemm logħob organizzat li għalkemm prima facie ma jkunx fih riskji u konsegwenzi negattivi, potenzjalment jista’ joffri l-okkażjoni biex persuna taqbad triq li tista’ twassalha għal dannu kbir. Ebda skop tajjeb ma jista’ jiġġustifika dan it-tip ta’ logħob għax dan imur kontra kull sens ta’ ġustizzja. Il-logħob huwa għall-bniedem u mhux il-bniedem għal-logħob.
Kif qatt nistgħu niġġustifikaw jew nippromwovu dak il-logħob li huwa rovina psikoloġika, morali, ekonomika, familjari u xi drabi anke fiżika ta’ tant ċittadini vittmi tal-vizzju tal-logħob! Fis-soċjetaÏ tagħna għandna xhieda biżżejjed ta’ din il-qerda umana.
Din is-sitwazzjoni mhux biss għandha tqanqal riflessjoni dwar x’qafas morali u legali għandu jaddotta l-pajjiż, imma wkoll x’rimedji kliniċi qed noffru lil min huma maħkuma mill-patoloġija tal-logħob.
Għalhekk, meta l-Parlament tagħna qed jiddiskuti liġi ġdida dwar il-lotteriji u l-logħob, nappellaw għar-responsabilitaÏ tal-parlamentari tagħna biex, konxji mill-konsegwenzi gravi li din il-liġi jista’ jkollha fuq l-individwi, il-familji u s-soċjetaÏ, huma jżommu quddiem għajnejhom mhux biss il-progress ekonomiku imma wkoll il-ġid komuni ta’ pajjiżna.

Pawlu Cremona, O.P.                               Mario Grech
Arċisqof ta’ Malta                              Isqof ta’ Għawdex

Annetto Depasquale
Isqof Awżiljarju