Archive for August, 2009

The Maltese Herald - 25 ta’ Awwissu 2009

The Maltese Herald Logo

Fil-paġna dwar Għawdex fil-ħarġa ta’ The Maltese Herald ta’ din il-gimgħa l-ġurnalist Charles Spiteri jirraporta dwar attivitajiet b’risq l-ARKA u l-OASI kif ukoll dawk bi preparazzjoni ghall-festa tal-Bambina fix-Xagħra.

The Maltese Herald - 18 ta’ Awwissu 2009

The Maltese Herald Logo

Fil-paġna dwar Għawdex fil-ħarġa ta’ The Maltese Herald  a’ din il-gimgħa, Charles Spiteri jikteb dwar Manifestazzjoni Marjana f’Marsalforn, zjara ta’ Mons Alfred Xuereb f’Dar l-Arka u konċelabrazzjoni f’Jum is-Saċerdoti.

Sintesi tal-omelija li għamel l-Isqof Mario Grech waqt il-quddiesa pontifikali fil-Katidral t’Għawdex fil-festa ta’ Santa Marija (15 ta’ Awwissu 2009)

“Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem tagħtina dawl dwar kemm għandu valur dak kollu li huwa uman.

Minkejja li għandna diversi li jitilgħu fuq il-kattedra u jitkellmu f’isem l-umaniżmu, qed niftaqru umanament. Infatti ħafna mir-relazzjonijiet ta’ bejnietna mhumiex sinċieri imma mibnija fuq interessi personali. Qed jiżdiedu t-tfal orfni għax jitwieldu barra miż-żwieġ jew għax il-ġenituri tagħhom infirdu. Id-diskriminazzjoni fuq ix-xogħol issir kemm ma dawk ta’ ġilda bajda u iktar ma’ dawk ta’ ġilda skura. Peress li kollox jitmexxa skont kif tiddetta l-liġi tal-profitt, ħafna valuri umani jiġu ssagrifikati!

Continue reading >>

The Maltese Herald - 11 ta’ Awwissu 2009

The Maltese Herald Logo

Fil-paġna dwar Għawdex f’The Maltese Herald ta’ 11 ta’ Awwissu 2009, Charles Spiteri jikteb dwar avveniment Ekumeniku fil-Qala u dwar replika tal-Knisja is-Zgħira ta’ Għajnsielem.

“Alla jagħmel ġustizzja mal-magħżulin tiegħu”
Ġabra fil-qosor tal-Ittra Pastorali tal-Isqof tagħna Mario Grech fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija mtellgħa fis-sema 2009

It-test sħiħ tal-Ittra Pastorali tista tinqara’ minn hawn

English Version of Pastoral Letter

“Alla jagħmel ġustizzja mal-magħżulin tiegħu”

Fil-Vanġelu li għadu kif ixxandrilna, Ġesù jistqarr: “Jien hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema”. Fil-ħajja ta’ kuljum, fuq il-mejda tal-ikel, il-ħobż ma jaqax mis-sema, imma wieħed irid jaħdem għalih!  Normalment il-bniedem jaqla’ ħobżu b’għemil ġust; imma xi drabi l-ħobż jintgħaġen ukoll b’dirgħajn imċappsa b’azzjonijiet inġusti.

B’għafsa ta’ qalb ninnota li fostna hemm diversi li jokorbu għax iħossuhom vittmi ta’ xi inġustizzja.

Għemejjel ta’ inġustizzja

Il-Papa Benedittu XVI jgħid li l-ateiżmu ta’ żminijietna wassal għal għamliet akbar ta’ moħqrija u ksur tal-ġustizzja. Soċjetà konvinta li hija stess tista’ toħloq il-ġustizzja skont kif tħoss, jidhrilha u jaqblilha, għandha futur imċajpar.

Billi qed insiru torox għal Alla, il-faxxa tal-inġustizzji qed dejjem titwessa’:
•    meta xi ħadd jew xi grupp jħammeġ l-isem jew il-memorja ta’ persuna billi jxerred qlajjiet bil-ħsieb li jdgħajfilha l-kredibilità jew ixekkilha fix-xogħol tagħha;
•    għandna familji li m’għadhomx familja minħabba l-mod inġust kif tqassam il-ġid tal-familja; aħwa li ma jitkellmux minħabba abbużi konnessi mal-wirt;
•    hemm familji li ġew misruqa minn ġid ogħla: il-fedeltà fiż-żwieġ. Din hija wkoll inġustizzja kontra l-istess istituzzjoni taż-żwieġ u l-familja.
•    Fuq livell soċjali, insemmi l-kriżi finanzjarja li laqtet id-dinja.

Continue reading >>

The Maltese Herald - 4 ta’ Awwissu 2009

Fil-ħarġa ta’ 4 ta’ Awwissu ta’ The Maltese Herald, Charles Spiteri jikteb dwar laqgħa ta’ l-Emigranti ma’ Mons. Isqof Grech u dwar il-Kanonku Ġużeppi Cauchi li jingħata l-pussess ta’ Monsinjur.