PELLEGRINAĠĠ DJOĊESAN GĦALL-PARROĊĊA TA’ SANTA MARIJA ĦAD-DINGLI, MALTA

QUDDIESA KONĊELEBRATA PRESEDUTA
MILL-E.T. MONS MARIO GRECH
ISQOF TA’ GĦAWDEX

Is-Segretarjat Djoċesana għall-Appostolat tal-Lajċi fid-Djocesi ta’ Ghawdex ser jorganizza Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli, Malta, nhar it-Tlieta, 18 t’Awwissu 2009.

Nitilqu mill-Imġarr, Għawdex mal-vapur tal-5.15p.m. Iċ-Ċirkewwa jkollna transport ipprovdut għal din l-okkażjoni.

Is-saċerdoti kollha li jiġu huma mistiedna biex jikkonċelebraw u jġibu magħhom Alba u Stola bajda.

Niġu lura mal-vapur tal-10.15p.m.

Il-biljetti ta’ €3.00 jinkisbu minn għand l-Arċipriet /Kappillan sat-Tnejn 17 ta’ Awwissu 2009.