Għada t-Tlieta, 23 ta’ Ġunju 2009 Mons Isqof Mario Grech ser jmexxi konċelebrazzjoni solenni fil-Katidral li fiha ssir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat tas-seminaristi Noel Debona mill-parroċċa tan-Nadur u Maximilian Grech mill-parroċċa tal-Kattidral. Il-ħin ikun fil-5.30 p.m.
L-insara tad-Djoċesi huma msejjħa biex joffru t-talb tagħhom għal dawn il-kandidati li ser jersqu biex jirċievu l-ordni tad-Djakonat u biex jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.