Archive for May, 2009

Pellegrinaġġ Nazzjonali għal Fatima

Id-Djoċesi ta’ Għawdex qed torganizza Pellegrinaġġ Nazzjonali għal Fatima fil-Portugal bejn il-25 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru, 2009.  Il-pellegrinaġġ se jkun taħt it-tmexxija spiritwali Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

Il-pellegrini se jgħaddu jiem f’riġlejn Ommna Marija ġo Fatima fil-Portugal fejn fl-1917 deheret u kellmet lit-tliet itfal Lucia, Francesco u Giacinta.  Mons. Isqof Grech se jmexxi konċelebrazzjoni bil-malti fil-Kappella tad-Dehriet fejn issir il-Konsagrazzjoni tal-Familji lill-Madonna u jmexxi Purċissjoni Ewkaristika madwar il-pjazza tas-Santwarju ta’ Fatima.

Continue reading >>

Gozo diocese celebrates Papal anniversary

The diocese of Gozo celebrated the fourth anniversary of the beginning of the pontificate of Pope Benedict xvi and prayed for the Pope in a solemn pontifical mass at the Gozo Cathedral presided over by H.E. Mgr Tommaso Caputo, Apostolic Nuncio to Malta, on Sunday 26th April 2009.

In his homily, the Nuncio emphasised that this was a thanksgiving mass with profound significance. The gathering of priests and people in the Cathedral Church to pray for the pope showed that even the Church in Gozo was fully united with the Pope and was always prepared to harbour his teachings.

The Nuncio, assisted by the bishop of Gozo Mgr Mario Grech and the Bishop Emeritus Mgr Nikol Cauchi, concelebrated mass with the Cathedral Chapter, most of the parish priests of Gozo, and a number of priests. At the end, Mgr John Bosco Gauci, presented the nuncio with a new skullcap, who obliged by presenting his own skullcap to the archdeacon.

Festa tas-Sinjura tagħna tal-Qalb ta’ Ġesù

Fl-okkażjoni tal-festa tas-Sinjura tagħna tal-Qalb ta’ Ġesù, titular tal-Knisja tas-Sorijiet Franġiskani fir-Rabat, Għawdex, ilbieraħ, il-Ħadd 3 ta’ mejju 2009 Mons Isqof Mario Grech żar il-Casa Madre Għawdex u qaddes għall-komunità miġbura. F’din l-okkażjoni, Mons Isqof ingħaqad mal-Knisja Universali fit-talb għall-Vokazzjonijiet.

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Mejju 2009

Fil-ħarġa ta’ Mejju ta Newsheet jingħata tagħrif dwar il-pellegrinaġġ Djoċesan li ser jsir għall fuq il-qabar ta’ San Ġorġ Preca, Song Festival Marjan, dehriet tal-Madonna ta’ Fatima, u l-pellegrinaġġ nazzjonali għall-Fatima.

NIBŻGĦU GĦAX-XOGĦOL
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem
Knisja Parrokkjali tal-Qala, l-Erbgħa 1 ta’ Mejju 2009

NIBŻGĦU GĦAX-XOGĦOL

Ix-xogħol u l-familja

Ġesù kien magħruf bħala Iben il-Mastrudaxxa, iben il-Ħaddiem. F’din il-festa li l-Knisja tagħmel f’ġieħ San Ġużepp, il-missier putattiv ta’ Ġesù, hija tistedinna nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq San Ġużepp ħaddiem u nitolbuh biex idawwal aspett importanti ħafna tagħna l-bnedmin li huwa x-xogħol. Bħala l-kap tal-Familja Mqaddsa, Ġużeppi jagħti dimensjoni familjari lix-xogħol. Ġużeppi kien iwettaq ix-xogħol b’servizz lejn il-familja. Ħafna drabi x-xogħol tagħna huwa xogħol marbut mal-ħajja tal-familja.
Continue reading >>