Archive for April, 2009

Żjara ta’ kortesija tal-President ta’ Malta lill-Isqof ta’ Għawdex

Illum, it-Tlieta, 28 ta’ April 2008 l-E.T. Dr George Abela, President ta’ Malta għamel żjara ta’ kortesija lill-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech fl-uffiċċju tiegħu fil-Kurja. Fl-istess żjara, il-President iltaqa’ wkoll mal-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi, Mons Giovanni B. Gauci, mal-Isqof Emeritus Mons Nikol Cauchi, u ma’ diversi kollaboraturi tal-isqof Grech li jaħdmu l-Kurja.

The Maltese Herald - 21 ta’ April 2009

 The Maltese Herald Logo

Fil-ħarġa ta’ din il-gimgħa ta’ The Maltese Herald, Charles Spiteri jikteb dwar “The Seven Words of Christ” mill-Chorus Urbanus, Is-siegħa ta l-Omm f’Ta’ Pinu u il-75 sena mit-twaqqif u bidu tal-ewwel Oratorju f’Għawdex

The Maltese Herald - 21 ta’ April 2009

NAGĦTU TWEĠIBA EVANĠELIKA LID-DINJA TAL-LUM
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Festa liturġika ta’ San Ġorġ martri
Bażilika ta’ San Ġorġ, Victoria – Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009

Pellegrinaġġ fl-art tal-Apokalissi

L-ewwel qari li tħabbrilna llum, f’din il-festa ta’ San Ġorġ, huwa proprju meħud mill-ktieb tal-Apokalissi, li hu l-aħħar ktieb tat-Testment il-Ġdid. Jiena u nisma’ din il-Kelma, ġieni f’moħħi meta San Ġwann, l-awtur tal-Apokalissi, jikteb lis-seba’ Knejjes. Fl-Apokalissi San Ġwann jgħid li Alla jibgħat l-anġlu tiegħu lil seba’ Knejjes fl-Asja Minuri: lill-Knisja f’Efesu, fi Smirna, f’Pergamu, f’Sardi, f’Filadelfja, f’Loadiċija u f’Tjatira. Ftit tal-jiem ilu kont fuq pellegrinaġġ it-Turkija, illi tagħmel dik li kienet magħrufa bħala l-Asja Minuri, u stajt nara x’fadal minn dawn is-seba’ Knejjes u Knejjes oħrajn; hemmhekk rajt x’fadal minn dak li kien wieħed miċ-ċentri tal-Knisja ta’ Kristu: Biżanzju jew Kostantinopli, dik li mbagħad illum tissejjaħ Istanbul! B’għafsa ta’ qalb ikolli ngħid illi ma rajt xejn, jew rajt ftit li xejn mill-fdalijiet ta’ din l-esperjenza ta’ poplu Kristjan f’dan il-pajjiż! Illum fit-Turkija, li tgħodd madwar sebgħin miljun ruh, m’hemmx tlitt elef Kristjan!

Qed ngħid dan biex nirriflettu ftit, għax l-istorja tgħallimna. Bħalma llum, x’ħin nisimgħu bil-Knisja ta’ Loadiċija, il-Knisja ta’ Efesu, dawn huma biss fdalijiet, rovina, nistaqsi b’responsabbiltà kbira, u nixtieq li anki intom tistaqsu: X’futur għandha l-Knisja fl-Ewropa u f’pajjiżna? X’garanzija għandna aħna illi ma tiġix mewġa – bħalma kien l-imperu Ottoman bir-reliġjon Iżlamika, – u tħott il-Knisja mwaqqfa minn Pawlu fil-gżejjer tagħna? Jekk fit-Turkija hemm preżenza kbira Iżlamika, f’dan il-pajjiz dieħla mewġa “religjuza” oħra: il-lajċiżmu. Jekk s’issa l-Iżlam mhux sfida qawwija, żgur li għandna t-theddida tal-lajċiżmu li bil-mod il-mod qiegħed iġarraf il-binja tal-Knisja fostna.

Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 19 ta’ April 2009

bulletinlogo.jpg

 

Bullettin ta’ 2 Ħadd ta’ l-Għid

GĦAŻLA TAS-SUPERJUR ĠENERALI L-ĠDID
Sezzjoni Maskili tas-Soċjetà M.U.S.E.U.M

Wara r-riżenja tas-Superjur Ġenerali Victor Delicata fis-7 ta’ Jannar 2009, illum 15 t’April il-Kapitlu Ġenerali tas-Sezzjoni Maskili tas-Soċjetà M.U.S.E.U.M. għażel lis-Sur Natalino Camilleri, li għandu 47 sena, bħala s-Superjur Ġenerali l-ġdid tas-Soċjetà.

Joseph Abdilla sdc
Segretarju Ġenerali.

The Maltese Herald - 14 ta’ April 2009

The Maltese Herald Logo

Fil-ħarġa ta’ The Maltese Herald ta’ din il-gimgħa Charles Spiteri jikteb dwar iċ-ċelebrazzjoni tat-tberik taż-żjut u tal-wegħdiet saċerdotali li saret nhar Ħamis ix-Xirka fil-Katidral u dwar zjara li l-President ta’ Malta għamel f’Dar Arka

Is-Siegħa ta’ l-Omm
Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu - 11 ta’ April 2009

(Ritratti: Charles Spiteri)

L-Isqof t’Għawdex, Mons. Mario Grech, dalgħodu (is-Sibt 11 t’April), mexxa ċelebrazzjoni Marjana, Is-Siegħa ta’ l-Omm, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu.

It-talb kien ispirat mit-tradizzjoni tal-Liturġija Latina u dik Bizantina.

F’kelmtejn Mons Isqof Grech qal illi Sibt il-Għid huwa s-“siegha” tal-Omm, siegħa li fiha il-Mara, Bint Sijon, l-Għarusa u l-Omm tal-Knisja, għexet l-akbar prova tal-fidi u tar-rabta tagħha m’Alla.

Lejn tmiem iċ-ċelebrazzjoni, xi nisa, bħalma għamlu n-nisa li marru biex jidilku l-ġisem ta’ Gesu’ fil-qabar, bdew jidilku bil-fwejjaħ l-Artal, simbolu ta’ Kristu.

Il-kant, b’Fr Michael Galea fuq l-orgni, tmexxa minn Dorienne Portelli.

Bullettin - 12 ta’ April 2009

bulletinlogo.jpg

 

Bullettin ta’ L-Għid il-Kbir (Sena B)